Where your opinion counts

Jaqaw il-persuna li kien qed jillikja informazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-pulizja fuq il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia huwa ħabib tal-avukati Jason Azzopardi u Arthur Azzopardi?

Illum il-media tatna l-aħbar li Arthur Azzopardi qal li informazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia li kienet għand il-pulizija kienet qed tkun “leaked”. Skont l-avukat Arthur Azzopardi l-informazzjoni dwar l-investigazzjoni tal-pulizija bdiet toħroġ barra aktar mill-ilma li jgħaddi minn ġo passatur.

Din l-aħbar wasslet biex Jason Azzopardi tella’ post u qal li hu fil-Parlament qal li kienet qed toħrog informazzjoni imma l-pulizija u anki l-Prim Ministru ddeħqu bih. Imma kemm Arthur Azzopardi u Jason Azzopardi ma qalux min jaħsbu li qed joħroġ din l-informazzjoni.

Ma nagħmlux mod li din l-informazzjoni kien qed joħroġha uffiċjal għoli tal-pulizija li hu ħabib ta’ Arthur Azzopardi, ta’ Jason Azzopardi u anki tal-familja Caruana Galizia u b’mod speċjali, dan l-uffiċjal għandu l-ammirazzjoni infinita’ ta’ Matthew Caruana Galizia?

Possibli li Jacob Borg ta’ The Times ma jafx min hu dak il-persuna li qed joħroġ din l-informazzjoni?

Mhux aħjar dawn is-sinjuri avukati jibdew jgħidu s-sewwa kollu u mhux nofs veritajiet li huma agħar minn gidba?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *