Il-psikjatra tal-ħabs qed jgħid li jrid jitlaq
Il-psikjatra tal-ħabs huwa wieħed minn dawk li qed jaħseb li jitlaq għaliex qed jgħid li ma għadx hemm aktar rispett fost il-ħabsin lejn l-uffiċjali u nies bħalhom. Hemm wisq arroganza u l-priġunieri qed jitilgħu fuq ras kulħadd u l-awtoritajiet ma huma jagħmlu xejn. Ħadd mill-awtorita’ ma jrid jagħti każ l-uffiċjali. L-awtorita’ jinteressaha biss li tikkuntenta lill-priġunier u li terġa’ ġġib il-ħabs ġungla kif kien qabel fejn fih tirrenja d-droga!!! Dan ikun ifisser li jekk jitlaq dan il-psikjatra jerġa’ jiġi ħaddieħor li l-priġunieri kienu jagħtu l-flus biex jibgħathom Mount Carmel flok jibqgħu l-ħabs!!!