Omm li twildilha “tifel minn embryo difettuż” tagħti ħasla lill-Kummissjoni ta’ Persuni b’Disabilita’ u lil dawk il-parlamentari li vvutaw favur l-emendi tal-IVF

Dan hu l-ħsieb li Rebecca Paris qassmet mal-poplu Malti u Għawdxi fuq Facebook wara li għaddew dawk il-famużi emendi kontra l-embrijuni difettużi. Is-sinjura Paris ħaditha qatta’ bla ħabel – u għandha raġun – kontra l-lingwa li ntużat mill-politiċi tagħna, inkluż Bernard Grech, li għal ġieħna kien jagħti l-korsijiet ta’ Kana, biex jiġġustifika l-mod ta’ kif ivvota. Fuq kollox is-sinjura Paris tistaqsi fejn hija l-Kummissjoni dwar Persuni b’disabbilita’ minħabba l-lingwaġġ li ntuża u d-diskriminazzjoni kontra dawn in-nies. Għandha raġun tgħid li dawn baqgħu b’ħalqhom magħluq anzi qablu magħha din il-liġi. Anzi din il-kummissjoni qablet ma’ dawn l-emendi inkluż li persuni b’disabilita’ issa saru persuni difettużi.

2 thoughts on “Omm li twildilha “tifel minn embryo difettuż” tagħti ħasla lill-Kummissjoni ta’ Persuni b’Disabilita’ u lil dawk il-parlamentari li vvutaw favur l-emendi tal-IVF

  1. Mara ta’ veru li temmen fil-valur u fid-dinjita’ tal-hajja u grazzi tat-testimonjanza tieghu. Sa ftit ilu, iz-zewg partiti ewlenin kienu jitkellmu hafna fuq id-dinjita’ tal-persuni b’dizabilita’. Pero’, ta’ l-anqas kont nistenna li fuq tema ta’ kuxjenza, il-partiti kellhom jaghtu free vote. Dan m’ghamluhx.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *