Simon Vella Gregory ma jħalliex lil Alex Borg u lil Ivan Bartolo jmorru jitkellmu fuq it-TV u minflok jħalli jmur lil Mark Anthony Sammut
Il-ġurnalista Simon Vella Gregory ma ħalliex lil Alex Borg u lil Ivan Bartolo tal-Mosta, żewġ deputati Nazzjonalisti li vvutaw kontra l-emendi fil-liġi tal-IVF milli jidhru fuq it-television. Alex Borg kien mistieden fuq Xejk TV, fuq F-Living fost l-oħrajn imma ma tħalliex imur mill-ġurnalista Simon Vella Gregory. L-istess jista’ jingħad għal Ivan Bartolo tal-Mosta. Dan ukoll ma tħalliex jidher fuq it-television minn Simon Vella Gregory biex jitkellem għala vvota kontra l-emendi fuq il-liġi tal-IVF.
Alex Borg ġie mistieden minn Karl Bonaci biex jitkellem fuq il-programm tiegħu fuq F-Living. Imma Simon Vella Gregory ma ħalliex imur. L-anqas ħallih imur fuq programmi oħra. Biss meta Karl Bonaci stieden lil Mark Anthony Sammut, Simon Vella Gregory ma sab l-ebda ostaklu u ħallieh imur, tant li Mark Anthony Sammut u Karl Bonaci tellgħu ritratt flimkien fuq Facebook.

L-istess jista’ jingħad għal Ivan Bartolo tal-Mosta. Dan ġie mistieden minn Simon Debono biex jidher fuq il-programm tiegħu li għandu fuq F-Living. Imma għal darba oħra, il-ġurnalista Simon Vella Gregory ma ħalliex lil Ivan Bartolo tal-Mosta jmur għaliex skont huwa, il-programm ta’ Simon Debono huwa dwar il-propjeta’ u mhux dwar suġġetti relatati mal-IVF. Wieħed irid ifakkar li Simon Debono waqqaf grupp li huma pro-life u li fih għandu mal-38,000 membru. Hawn ser inkun qed inġib it-tweġiba li ta Simon Vella Gregory lil Simon Debono fejn fiha spjega għala ma ħalliex lil Ivan Bartolo jattendi dan il-programm.
“Mhux nara lok li Ivan Bartolo jiġi jiddiskuti materja li ma għandha x’taqsam mal-propjeta’ fil-programm tiegħek. Għalhekk mhux se jkun qed jattendi.”
Huwa ċar li mod kif inhija miktuba t-tweġiba, li din hija deċiżjoni ta’ Simon Vella Gregory u din hija biss skuża ta’ dan il-ġurnalista biex ma jħalliex lil Ivan Bartolo jmur fuq programm ta’ diskussjoni ta’ Simon Debono. L-istess għamel ma’ Alex Borg imma mbagħad, Simon Vella Gregory ma kellux problema jħalli lil Mark Anthony Sammut imur.
Min-naħa tiegħu Simon Debono wieġeb li hu mhux ser jitkellem fuq propjeta’. Huwa spjeġa li dan hu programm li fih għandu slots Pro-Life. Debono qallu ċar li hu qed jistieden lil Ivan Bartolo tal-Mosta biex jitkellem miegħu fuq l-abort, l-IVF u ix-xogħol ta’ karita’ li Bartolo jagħmel.
Mela issa għandna ġurnalista li qed iżomm id-dritt ta’ deputat, li finalment hu ċittadin Malti, milli jitkellem fuq it-twemmin u l-prinċipji tiegħu. Imma għaliex il-prinċipji ta’ Alex Vella u Ivan Bartolo ma jaqblux ma’ dawk ta’ Simon Vella Gregory u sħabu ta’ Repubblika, dawn ma tħallewx jidhru fuq programmi televiżivi f’isem id-dixxiplina fil-Partit Nazzjonalista. Imbagħad dan Simon Vella Gregory iridha tal-ġurnalista champion tar-rule of law u l-free speech!! U għal ġieħna, il-ġurnalisti iridu aktar protezzjoni għaliex qed jgħidu li l-liberta’ tagħhom tal-espressjoni hija mhedda!!!
Simon Debonno fakkar lil Simon Vella Gregory li F-Living illum għandu viewership ħafna drabi ikbar min NET u forsi għalhekk Vella Gregory bagħat lil Mark Anthony Sammut biex jipprovaw jingannaw lill-poplu Malti li huma favur il-ħajja allavolja vvutaw għall-emendi fil-liġi li huma abortivi waqt li jagħtu lok għall-esperimenti ġenetiċi.
Issa nispera li ma jiġix xi ġurnalist Tork jew xi ħadd mill-famuż grupp ta’ PEN u jgħid li jien qiegħed nattakka lil dan il-ġurnalist li qed jinċensura l-ħsieb ta’ dawk id-deputati fil-Partit Nazzjonalista li ma jaqblux mal-ħsieb tiegħu.
Issa nistieden lil PEN li wara dan l-artiklu, joħorġu stqarrija ta’ sostenn għal Simon Vella Gregory u jinnominawh bħala l-ġurnalist tas-sena minħabba l-persekuzzjoni tiegħi!!!!
Il-kbir ghandi gej.