Nazzjonalisti jirriżenjaw mill-partit minħabba l-pożizzjoni li qed jieħu fir-rigward it-tnissil tal-ħajja
Dan is-sit jinsab infurmat li matul il-jum tal-bieraħ, numru ta’ Nazzjonalisti ċemplu d-Dar Ċentrali biex jinfurmaw id-direzzjoni tal-Partit Nazzjonalista li qed jirriżenjaw mill-Partit Nazzjonalista minħabba l-mod kif ivvutaw id-deputati ta’ dan il-partit fuq l-esperimentazzjonijiet fuq l-embrijuni. Qed inġib wieħed mill-attivisti li rreżenja minħabba pożizzjoni li qed jieħu Bernard Grech fuq din il-materja. Din il-persuna rreżenjat ftit qabel ma ttieħed il-vot fuq fuq l-emendi tal-liġi tal-IVF imma kien jidher ċar l-pożizzjoni ta’ Bernard Grech fuq din il-materja.
