Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri jgħajjar lil Edwin Vassallo talli żamm mal-valuri nsara

F’dawn l-aħħar siegħat rajna l-arroganza tibbrilla fost numru ta’ deputati Nazzjonalisti li jħaddnu twemmin liberi. Fuq quddiem nett ibbrilla d-deputata Nazzjonalista Justin Schembri. Il-kumment ta’ Schembri wassal biex żied ir-rabja fost diversi Nazzjonalisti ġenwieni u oħrajn li għandhom simpatija mal-Partit Nazzjonalista.

Wieħed irid jgħid li Justin Schembri kien wieħed mid-deputati Nazzjonalisti li l-Erbgħa li għadda vvota mal-Lejber biex jkun jista’ jkun hemm esperimentazzjoni fuq il-ġenetika umana. Dan il-vot wassal biex Edwin Vassallo għamel dan il-kumment.

Justin Schembri jidher li ħa għalih għall-kumment li tella’ Edwin Vassallo fuq il-Facebook page tiegħu wara l-vot tal-Erbgħa. Mhux se nidħol fil-mertu tal-kumment għax tista’ taqbel jew ma taqbilx. Imma li hu żgur li politiku għandu jkun lest biex jaċċetta l-opinjoni ta’ ħaddieħor u juża l-argument biex jirribatti u mhux jgħajjar. Justin Schembri wera mmaturita’ politika kif wieġeb kumment ta’ opinjonista fuq dan il-kumment ta’ Edwin Vasssallo. Fil-kumment tiegħu Justin Schembri qal hekk:

Dan huwa kliem li Justin Schembri qed jgħid fuq suppost kollega tiegħu li għalkemm ma għadux fil-parlament, xorta qed jaħdem u jimbotta l-opinjoni tiegħu għaliex jemmen li hija ta’ ġid għall-Partit Nazzjonalista.

Min hu dan Justin Schembri li jgħaddi kumment insensittiv bħal dan? Sur Schembri kont għadek lanqas ħlomt bil-politika meta Edwin Vassallo kien qed ikun ta’ servizz lejn il-partit u l-pajjiż. Possibbli kibritlek rasek daqshekk meta għadek kemm kemm irsaqt lejn il-Parlament? Possibbli għax qed tixxadowja l-edukazzjoni taħseb li għandek dritt divin li tkun maledukat u injorant?

Dan il-kumment tiegħek mhu xejn ħlief arroganza u disrispett lejn persuna li, taqbel jew ma taqbilx magħha, wettqet ħafna xogħol fil-ħajja politika tagħha u fil-partit li int illum timmilita fih.

Bħala rappreżentant tal-poplu ġdid għandek trażżan ilsienek u tagħraf tagħżel meta għandek tikkummenta jew le. Urejt kemm għadek lura u għadek ma mmaturat xejn fil-politika. Min jiżżattat biex jikteb mingħajr ma jirrifletti fuq dak li jagħmel, joħroġ ta’ ċuċ u mmatur. Missek urejt li tirrispetta l-opinjoni u l-pożizzjoni ta’ wieħed mill-kollegi tiegħek u mhux tiżloq fin-nixef.

Minflok, urejt li ma għandekx kontroll fuq l-emozzjonijiet tiegħek, xi ħaġa li tant hi bżonnjuża f’politiku li jaf iżomm postu u jirrappreżenta b’għaqal il-kostitwenti tiegħu. Dan huwa kumment li jimbuttak u jġiegħel nies li jirriflettu fl-iżball li għamlu li fdawk bil-vot tagħhom. Imma issa l-elezzjoni għaddiet u s-siġġu erbaħtu u ovvjament qed taħseb li għad fadal ħafna snin biex terġa’ tmur fuq il-poplu biex teqred għall-vot. Biss ftakar li l-poplu ma jinsiex.

One thought on “Id-deputat Nazzjonalista Justin Schembri jgħajjar lil Edwin Vassallo talli żamm mal-valuri nsara

  1. Jien wahda li kemm ilu li hareg ghal politika dejjem issapportjajthu bil kbir u dan hu jafu mhux bil paroli imma bil fatti. Iddizappuntani bil kbir imma kif jghid l’ingliz “once bitten twice shy” so mhux se ninsa.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *