Bernard Grech u sħabu ta’ Repubblika wittew it-triq għal Chris Fearne biex isir kummissarju tas-saħħa Ewropew
Minn qarrej ta’ dan il-blog
Ma hemmx dubju li Bernard Grech, Mark Anthony Sammut, Karol Aquilina, Beppe Fenech Adami u d-deputati l-oħra li vvutaw favur dawn l-emendi fil-liġi tal-IVF urew li llum huma biċċa waħda mal-gvern tal-Lejber immexxi minn Robert Abela. Beppe Fenech Adami li jridha ta’ iben l-kbir mexxej Demokristjan Eddie Fenech Adami ma ddejjaqx jivvota għal din il-liġi kif għamlu l-esponenti ta’ Repubblika. Infakkar li din il-liġi ma tfisser xejn ħlief mewt (abort bil-pulit) u l-aċċettazzjoni u legalizzazzjoni tal-esperimenti fuq il-ġenetika umana. Min jaf Eddie Fenech Adami kemm hu kburi bil-mod kif ivvota t-tifel tiegħu Beppe fuq din il-liġi tal-mewt! Naħseb li kieku Eddie Fenech Adami kien għadu b’saħħtu, Beppe Fenech Adami kien jaqla’ ħasla kbira!
Issa ara x’ser jiġri sentejn oħra meta Chris Fearne ikun nnominat kummissarju għas-saħħa Ewropea?! Ibqgħu żguri li ser juża din il-liġi biex jgħid li hu kien kapaċi jgħaddi liġi progressiva marbuta mal-IVF li l-anqas Franza ma kienet kapaċi tgħaddi li saħħansitra tippermetti l-esperimentazzjoni fuq il-ġenetika u fuq kollox irnexxielu jgħaddiha b’saħħa kbira billi anki ġab l-oppożizzjoni u nies ta’ Repubblika miegħu.
Fi kliem ieħor, Bernard Grech u sħabu ta’ Repubblika – li qegħduh fejn qegħduh għaliex hu abortista bħalhom l-aqwa li daħħal lira – qiegħed iwitti t-triq lil Chris Fearne biex ikun jista’ jieħu l-post fi Brussell bħala Kummissarju tas-Saħħa. Din il-liġi issa ser tgħinu sew meta jiġi għall-grilling!!
Sliem.
Dan kollu bullshit ta ligi tal mewt, ghax kull meta isir is sess min kullhadd , l’isperma kollha tintefa Jew go xi condom Jew mal lozor. Ghallura dawn kollha qedin Jiksru il ligi tal hajja. Move on we’re in 2022 not in the dark ages
Well said.