Tliet deputati Nazzjonalisti urew li lesti jibqgħu jiġġieldu għall-valuri li jemmnu fihom

Minn osservatur politiku

Kemm hu ta’ benefiċċju għal dik il-persuna, li meta tħaddan prinċipji u valuri, tibqa’ jiġġieled għalihom f’kull waqt tal-ħajja. Kemm hu ta’ eżempju dak l-individwu li ma jilgħabx mal-prinċipji jew valuri tiegħu biex jakkwista xi ħaġa. Kemm jiġbed aktar simpatija dak il-politiku li ma jitbandalx ma’ kwistjonijiet ta’ prinċipju biex ikun akkwista dak il-ħin jew ‘l quddiem xi ftit voti. Jekk individwu jkun lest li jbiegħ l-valuri tiegħu għall-gwadann personali, allura dak l-individwu jkun rema dak kollu li jirrappreżenta u ma jkunx jistħoqqlu li jissejjaħ bniedem ta’ prinċipju.

Dak li ġara lbieraħ fil-parlament wara li ttieħed vot biex jkunu jistgħu jsiru l-esperimenti fuq l-embrijunu. Jgħidu x’jgħidu d-deputati Nazzjonalisti li vvutaw favur, dan ma kienx vot biex in-nisa jista’ jkollhom it-tfal permezz tal-IVF. Dawk il-liġijiet ġa għaddejjinhom u kien Gvern Nazzjonalista li għaddiehom fl-2012. Dan kien vot biex jista’ jsir esperimentazzjoni fuq l-embrijuni. U dan hu ta’ periklu kbir.

B’hekk, illum wieħed jista’ jagħraf min huma dawk id-deputati li verament jemmnu fil-prinċipji tagħhom u min huma dawk id-deputati li qed jitnejku bl-elettorat. Ħafna mill-membri tal-parlament ma kellhomx inkwiet juvvutaw għal dawn l-emendi li minn barra jidhru liberali imma fil-verita’ dawn ser iwasslu biex ikomplu jxekklu l-libertajiet individwali.

Ħafna mid-deputati ġibdu l-ħabel tal-whip rispettiv tagħhom u qablu ma’ dak li ġie preżentat mill-partiti tagħhom. Huwa tal-iskantament kif suġġett tant sensittiv ma ssib lil ħadd li jkollu kuraġġ fil-Partit Laburista li jitkellem kontra. Fil-Partit Nazzjonalista kien hemm erba’ li tkellmu ċar u fil-miftuħ.

Hija ftit stramba kif id-deputati Laburisti kollha kemm huma qablu ma’ dawk l-emendi preżentati għal-liġi. Ħadd minn dawn l-44 deputat tal-Lejber ma kellu l-iċken dubju dwar it-testijiet suġġeriti li jsiru fuq l-embrijuni? Mela hawn mid-dehra tħallew fil-ġenb il-prinċipji jew il-valuri u ġibdu l-ħabel kif ordnati.

Għall-kuntrarju, fil-Partit Nazzjonalista kien hemm erba’ li kellhom il-kuraġġ jitkellmu. Kien hemm tliet li ma ddejqux imorru kontra l-whip u jivvutaw skond il-kuxjenza tagħhom u ieħor li ma setax imur il-parlament. Dawn l-erbgħa tkellmu kontra l-ittestjar fuq l-embrijun għaliex dan hu preċedent ikrah ħafna.

Il-partit fil-Gvern qatt ma ta x’jifhem li ser jagħti xi ‘free vote’ imma bħal drabi oħra għamel sarima ma ħalq id-deputati tiegħu u ordnalhom ma jgħidux kelma kontra l-emendi li ġew imressqa. L-istess ipprova jagħmel Bernard Grech fil-Partit Nazzjonalista.

Jekk Bernard Grech ħaseb li jista’ jkisser li dawn id-deputati li marru kontra d-dittatura tiegħu, għarralu. Dawn id-deputati ġibdu s-simpatija tal-elettorat u mhux l-ismerrija għax ma beżgħux joħrġu għonqhom u ma rawx l-akkwist tal-voti jew li jkunu mwarrba mill-klikka li tmexxi l-Partit Nazzjonalista.

L-ammirazzjoni tal-ħafna ġa marret lejn dawn id-deputati li ma ħallewx il-vot jilgħab mal-prinċipji jew il-valuri tagħhom. Il-votant ser jaġevola lil dak jew dik li twassal bil-vot tiegħu jew tagħha l-ħsieb tal-elettorat u dawn huma mumenti li jittimbraw u jkollhom effett fuq il-ħsieb tal-votant meta tasal il-ġurnata.

Ningħaqad ma’ din il-mara Nazzjonalista ta’ vera fil-messaġġ li bagħtet fuq Facebook:

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *