Mark Anthony Sammut jikkonferma kemm hu pinnur u nkonsistenti mal-prinċipji Nazzjonalisti
Mit-Tabib Hermann Farrugia
Illum nixtieq inkompli nesponi l-inkoerenza grassa ta’ Mark Anthony Sammut u esponenti oħra tad-dirigenza tal-partit fit-twemmin Nazzjonalista. Ilbieraħ filgħaxija fil-Kamra tar-Rappreżentanti. il-President Kunsill Generali l-Inginier Mark Anthony Sammut wera kemm huwa kapaċi ikun konsistenti mal-prinċipji tiegħu stess kif kien stqarrli personalment mank disa’ xhur ilu imma inkonsistenti mal-prinċipji Nazzjonalisti. Dan kien wieħed mill-bravi li vvota favur l-esperimentazzjoni fuq l-embrijuni.
lbierah bil-vot tiegħu kontra l-ħajja u favur l-ewgenika, il-President Kunsill Ġenerali PN għadu kemm ikkonferma li kemm huwa faċli li tkun pinnur politiku u kemm huwa mhux diffiċli li tkun opportunist u xxaqleb kif ikun jaqbillek jew ma’ kull żiffa… aħseb u ara meta jkun jaħkem xi riefnu.
Qed ngħid dan għaliex dan kien kiteb f’Settembru tal- 2021 li hu favur l-ħajja u mhux ser ineħħi l-klawsola fl-istatut li l-ħajja hija mit-tnissil sal-mewt. Mur emmnu! Meta ġie għall-mument tal-prova għamel mod ieħor.
