Jaħasra Jerome Caruana Cilia qed jgħid li ma marx għax ma jiflaħx: il-politiċi ta’ veru anki fuq is-siġġu tar-roti kienu jmorru jivvutaw!

Wara l-baraxx li qalgħu d-deputati Nazzjonalisti talli vvutaw mal-gvern, fuq l-emendi tal-IVF, Jerome Caruana Cilia qed jara kif jiġbor ġieħu u sab l-appoġġ tal-media tal-knisja.

Imma dan ma hu ser inneħħi xejn li huwa verament politiku bla sinsla. Infakkar li l-ewwel post fuq Facebook li tella’ llum ma kienx dwar li ma marx il-parlament għax ma jiflaħx imma biex jitkellem u jawgura lil xi ħadd. Dan hu l-post li tella’.

Infakkar lil Jerome Caruana Cilia li fil-passat, politiċi ta’ stoffa anki fil-siġġu tar-roti u fuq stretcher kienu jmorru jivvutaw fil-parlament. Dan hu l-messaġġ li rċevejt dwar Caruana Cilia:

Ma jitlifx okkazjoni waħda biex jieħu ritratt ma’ figolla jew ma xi statwa. Iżda quddiem vot importanti bħal dak tal-bieraħ, dwar il-ħajja, Jerome Caruana Cilia nħeba u ma tfaċċax fil-Parlament.

Li Jerome iħobb jingħoġob jgħidha kull min jafu. Sieq ‘l hemm u sieq ‘l hawn dejjem. Imma dwar dan nitkellmu darba ohra. Hemm ħafna x’jingħad. Ħafna. Kollox f’ħinu u f’waqtu. Issa sirna nafu li Caruana Cilia bla sinsla wkoll.

Ma’ xi deputati qal li hu kontra l-emendi tal-Gvern dwar l-IVF. Ma’ xi nies fid-distrett qal l-istess. Ma’ xi nies oħra qal-mod ieħor. Meta ġie għas-si u n-no, mar jinħeba. U jekk kien hemm xi raġuni valida għaliex ma marx il-Parlament, wieħed kien jistenna li jagħmel bħal Carm Mifsud Bonnici u jiddikjara l-pożizzjoni tiegħu mill-ewwel, dak in-nhar stess u mhux jistenna li jinqala’ dan il-baraxx kollu jara kif il-media tal-liberali kif ser taqbeż għalih.

Dan huwa l-kelliem tal-PN dwar il-finanzi li Bernard Grech tgħidx kemm imbotta qabel l-elezzjoni. It-tnejn li huma nies bla sinsla. Wieħed jifhem għalfejn ma marx il-parlament. Mhux għax marid imma għax ma riedx jiksirha ma’ Bernard Grech. Infakkar li kien Bernard Grech stess li ta l-parir lil dawk li kienu kontra dawn l-emendi biex ma jmorrux il-parlament. Fuq kollox, dak fiċ-ċirki tal-PN jafu l-vera raġuni għaliex ma attendiex.”

One thought on “Jaħasra Jerome Caruana Cilia qed jgħid li ma marx għax ma jiflaħx: il-politiċi ta’ veru anki fuq is-siġġu tar-roti kienu jmorru jivvutaw!

  1. Ghax meta tkun Buffu ghan wiehed ikollok meta tkun fuq dak il palk, li tinogob ma kullhadd tipprova. Nies bla sinsla.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *