Ilbieraħ, il-parlament ivvota biex f’Malta tiddaħħal l-ewġenika: din ser ikollha konsegwenżi ekonomiċi li ħadd mhu qed jitkellem dwarhom

Qed nirriproduċi ħsieb li ħalla John Spiteri Gingell fuq il-Facebook page tiegħu fejn juri li dak li ċara lbieraħ fil-Parlament ser ikollu konsegwenzi ekonomiċi u l-aktar li ser imorru ħażin huma l-ħafna Ġaħnijiet li qed jieħdu gost li dawn l-emendi ġew approvati. Dan hu dak li kiteb Spiteri Gingell.

F’pajjiżna llum daħħalna l-ewġenika – isem xjentifiku għal prassi qadim, primittiv u barbaru – dak tas-sagrifiċċju uman – ninħbew wara ħafna kliem iżda dak li hu fl-essenza tiegħu – il-qtil tal-ftit għall-benefiċċju tal-ħafna (mingħalina). Dwar dan qed nikteb artiklu twil u dettaljat li juri mingħajr dubju li dak li daħħalna mhux xejn ħlief l-ewġenika li mhu xejn ħlief verżjoni tas-sagrifiċċju uman.

Li kieku Hitler kellu it-teknoloġija tal-lum, li l-Ministru qalilna li tkun ‘immorali’ jekk ma nużawhiex, kien juzaha għall-iskopijiet tiegħu. Li llum l-ewġenika reġgħet saret moda u li minflok qed jimponiha l-istat qed jitlobha l-konsumatur turi kemm morna lura lejn il-barbaru u l-primittiv.

L-arroganza tal-bniedem m’għandiex limitu u dejjem eventwalment ġabitu għarkupptejh. Hawn min qed jaħseb fuq l-implikazzjonijiet ta’ dak li qed nintroduċu? U hawn mhux qed nitkellem biss mil-lat etiku iżda ukoll mil-lat xjentifiku u soċjali. Kemm hu ta’ ġid bijoloġiku kollettiv li neliminaw ċerti ġeni li jikkontrbwixxu għall-ċertu mard? X’rol jikkontribwixxu fl-immunità kontra mard ieħor – nafu?

X’ser jiġri mil-lat soċjali meta l-insurances privati jibdew joffru prezzijiet aħjar għal min jista’ jipprova li mhux predispost għal ċertu mard? X’ser jiġri hekk kif il-profil ġenetiku tiegħek huwa fid-dispożizzjoni tal-istat? Qed taħsbsu fuqhom dawn? Jew kulħadd rieqed raqda nobis? Kif għidtilkom qed nikteb artiklu twil u dettaljat fejn infiehem dan kollu u bi ħsiebni ukoll nagħmlu video għal min jiddejjaq jaqra.

Illum jum tal-mistħija u jum li għad nistħuħ. L-unika nies li jistgħu jżommu rashom mgħollija huma dawk li vvutaw kontra.

May be an image of 1 person

2 thoughts on “Ilbieraħ, il-parlament ivvota biex f’Malta tiddaħħal l-ewġenika: din ser ikollha konsegwenżi ekonomiċi li ħadd mhu qed jitkellem dwarhom

  1. X’Eseġerazzjonijiet u tqabbiliet vojta qiegħdin joħorġu bihom! Possibli ma tarawx id-differenza bejn tarbija kollha ħajja, bħal ma kien Iżakk, bin Abram, jew xi tfajla sabieħa kollha ħolm għal futur, li fl-antik kienu jsibu ruħhom offruti b’sagrifiċċju lil xi Alla ma l-metodu skopert xjentifiku ta’ l-IVF biex mara jkollha wild u li dan ikun wild b’saħħtu? Jekk ikollok tliet embrijuni u jkollok ukoll il-mezz li tgħaraf liema huwa l-embrijun l-iktar b’saħħtu minn dawk it-tlieta allura għandek tgħalaq għajnejk u tgħażel liema jitla biex xorti? Jekk hemm ċans ta’ għażla għażel l-aħjar f’dan il-każ anke għal ġid ta’ l-embrijun li jkun dgħajef.
    Imbagħad hawn fuq dan is-suġġett tant jaħraq fuq it-tkarkir tal-bniedem tant hemm kumbinazzjonijiet li jistgħu jsiru fil-proċess li jkun isir kemm jekk naturali kif ukoll assistiet li kull paroli minn naħa ta min ma jifhimx ikun kollu paroli fil-vojt. Bħal min qabbel l-proċess ta’ l-IVF ma dak li wettqu b’mod krudil in-NAZI u issa dan, s-sagrifiċċju uman tal-qedem! Ieqfu ħawdu!

  2. Dawn Tal klassi reazzjonarji u li jsejhu lilhom infushom intelletwali, min dejjem ta dejjem kienu kontra kull zvilupp socjali , dejjem, imma dejjem jehduha kontra b’ragunijuet li jipprovaw jisplodu lill mohh … u minfuq, li ghax Il poplu m’ghadux jemminhom u jghati kashom , jghajruh Gahan…… niftakruhom li meta kienet qedha issir Il glieda ghall vera indipendenza min Dom Mintoff , kemm bezzghu bl’infern u I’d dnub Il mejjet , u kemm ghajru lill mara meta kienet issir Il glieda ghall emancipazzjoni taghha, li hi tajba biss ghall kcina u biex tkun bajd u beccun. Wiehed jista jghid x’ghandu x’jaqsam dan kollu ? Ghandu ghax dan l’artiklu ghandu l’istess. esagerazzjonijiet biex ibezzghu…. bhall tad divorzju u riformi ohra li Il PN li dahhalna flEwropa ma jemminx fihom

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *