Il-Partit Nazzjonalista jiċċensura lid-deputati li vvutaw kontra l-abort

Il-Partit Nazzjonalista qiegħed jiċċensura lid-deputati li vvutaw kontra l-IVF. Simon Vella Gregory mhux qed jagħti permess lil dawk id-deputati li vvutaw kontra din il-liġi biex imorru fuq it-television u jitkellmu dwar il-pożizzjonijiet tagħhom. Imma dawk ta’ Repubblika jistgħu jmorru bla problemi ta’ xejn. Din hija d-dittatura li ġab Bernard Grech fuq il-Partit Nazzjonalista. Dan kien partit li darba kien jitkellem li hu l-partit tal-liberta’. Illum, Bernard Grech għamlu l-partit tal-oppressjoni.

Il-PN jinsab fi stat ta’ paniku kbir. F’paniku ikbar jinsab il-group parlamentari tant li ħafna deputati li vvutaw favur qegħdin issa jippruvaw jispjegaw lill-poplu li kellhom raġun li vvuttaw favur il-ħajja. Huma biss qed jitħallew jitkellmu. Imma dawn ħasbu li l-elettorat Nazzjonalista huwa Ġaħan! In-Nazzjonalisti jafu li min ivvota favur dawn l-emendi, ivvuta favur il-mewt u l-esperimenti fuq l-embrijuni.

Dan jispjega għala d-deputati li ivvuttaw kontra l-emendi tal-gvern u b’hekk ma ngħaqdux mal-gvern Laburista qed jinżammu milli jieħdu sehem fi programmi tat-TV fuq stazzjonijiet, kemm tal-istat u dawk privati. Għada nagħti aktar dettalji dwar din l-istorja.

2 thoughts on “Il-Partit Nazzjonalista jiċċensura lid-deputati li vvutaw kontra l-abort

  1. nikkonferma dak li qed tgħid – rċevejt din l-aħbar minn preżentatur li huwa ħabib tiegħi . Fl-opinjoni tiegħi dawn l-MPs ghandhom jinjoraw d-direttivi t’ dak li issa huwa partit fażull – jekk kienu kapaċi jisfidaw l-PN fil-parlament jistghħu jagħmlu l-istess fuq it-TV. x’ħa jagħmel il-PN? ikeċċihom? ma jafx li jekk tnejn minnhom kellhom jiddeċiedu li jirromaw partit ġdid kapaċi jġorru nofs it-tesserati magħhom. Bernards u l-woke cult li għandu madwaru – case study ta’ diżastru

  2. Bernard Grech hu dittatur.
    Ma jacettax diskussjoni fil-PN. Jew li jghid hu jew xejn. Il-PN tilef l- identita tieghu. Ahjar jghidilna Bernard Grech kemm tilef voti Nazzjonalista bil-vot fil-parlament favur l-abort tal-bierah.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *