Norman Lowell qed jingħata raġun miż-żewġ partiti

Minn qarrej ta’ dan il-blogg.

Ilbieraħ qrajt dak li kellu xi jgħid Mario Thomas Vassallo fuq l-emendi li għandu l-parlament quddiemu dwar l-IVF. Vassallo qal li dawn it-tip ta’ ideat u għanijiet kienu fil-politika tal-Ġermanja Nażista. Nixtieq inkompli nżid ma’ dak li kiteb Mario Thomas Vassallo. Nixtieq infakkar lil ħafna qarrejja ta’ dan il-blogg li qalu u għadhom jiżżufjettaw jew ma jaqblux ma’ dak li qal Mario Thomas Vassallo. Hawn nixtieq infakkar f’dak li kien jgħid Norman Lowell li kien kandidat għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Hu kien qal li f’wieħed mid-diskorsi tiegħu (u mhux darba) li grazzi l-avvanz tax-xjenza, illum nistgħu ikunu nafu jekk tarbija għandhiex titwieled jew le. Hu kien ippropona li fil-każ li tarbija ma tkunx b’saħħitha, din it-trabija kellha tkun abortita. Min jaf kemm kien hawn persuni li llum qegħdin jiktbu favur dawn l-emendi fil-liġi tal-IVF li meta dan il-kandidat ħareġ b’din l-istess proposta, dawn l-istess persuni, kienu jitkażaw b’dak li kien qal u kienu jgħajtu sallbu!

One thought on “Norman Lowell qed jingħata raġun miż-żewġ partiti

  1. Kemm għamilt iż-żewġt proċessi qishom l-istess meta mhumiex, ħabib! Dak meta l-proċess huwa naturali fit-totalita’ kollha, koppja jmorru flimkien li jirriżulta fi tqala m’huwiex l-istess bħall proċess ta’ l-IVF fejn ikun kollu kemm huwa ikkontrollat mix-xjenza. X’ngħati raġun lil Normal Nowell fuq din, bniedem li dejjem ra sabiħ dak li għamlu n-NAZI Ġermaniżi. Fejn huwa abortiv il-proċess ta’ l-IVF? Ħadd m’huwa qiegħed ifittex li jekk tqala tirriżulta b’fetu bi bżonnijiet speċjali dan għandu jiġi abbortit. Dak li kienu jgħamlu n-NAZI, joqtlu tqala u agħar minn hekk anke joqtlu lil dawk imwielda bi bżonnijiet speċjali kienu ta’ liema eta’ kienu.
    Altru mhux l-istess ħsieb dak tal-proċess ħanin ta’ l-IVF u dak nażist li jipprietka Norman Lowell.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *