Issa anki Monsinjur Anton Gouder qed jgħid lil Bernard Grech li hu giddieb waqt li jgħid prosit lil Adrian Delia, Ivan Bartolo u Alex Borg

Dan hu l-post li tella’ Monsinjur Anton Gouder fejn b’mod pulit qed jgħid lil Bernard Grech li qed jigdeb bil-mod li qed jitkellem fuq l-IVF. Dan hu l-post ta’ Anton Gouder.

Onor Bernard Grech, skużani imma għandek żball. L-emendi tal-lum mhumiex favur il-ħajja, kif qed tgħid. L-emendi l-anqas huma biex mara li ma jistax ikollha tfal tkun tista’ toħroġ tqila, kif qed tgħid. Dawk kienu l-emendi li saru fit-2012 mill-Gvern Nazzjonalista. L-emendi tal-lum, li inti ivvutajt favurhom, huma biex ħajja umana li diġa’ teżisti (embrijun) ikun ittestjat u jekk jinstab li jkollu xi kundizzjoni jitqiegħed fil-friża għal dejjem, flok jitpoġġa fl-omm biex jitwieled. Tista’ tgħidli, “mhux ħaj jibqa’?” Imma l-PN jitkellem tant fuq opportunitajiet indaqs, dan l-embrijun qed jingħata opportunita’ daqs embrijuni oħrajn? Il-PN jitkellem tant fuq ħajja ta’ kwalita’. Ħaj fil-friża għandu xi ħajja ta’ kwalita’? Il-PN jitkellem tant kontra d-diskriminazzjoni. Din mhux diskriminazzjoni ċara li tagħżel min jitwieled u min joqgħod fil-friża? U jekk tista’ tiddiskrimina f’dan l-istadju, għaliex ma tistax tiddiskrimina fi stadju aktar tard?

Ma nistax nifhem la x’għamiltu u l-anqas ir-raġuni wara dan li għamiltu.

Dan kollu jgħodd ukoll għall-Partit Laburista. Jiddispjaċini ħafna għall-Malta, pajjiżi.

Fuq kollox Anton Gouder ma waqafx hawn. Huwa tella’ post ieħor biex jirringrazzja lil Alex Borg, Adrian Delia u Ivan Bartolo tal-Mosta għall-kuraġġ li wrew illum fil-parlament. Dan huwa t-tieni post ta’ Anton Gouder.

Jixraq appoġġ sħiħ lil dawn id-deputati tal-PN li ivvutaw kontra l-emendi tallum: ADRIAN DELIA, ALEX BORG u IVAN BARTOLO (Mosta). Il-pass tagħhom ma kienx faċli u l-konsegwenzi jafu jkunu gravi. Ġesu qalilna li “Il-verita’ teħliskom.”

Appoġġ ukoll lil CARM MIFSUD BONNICI li ddikjara li kien se jivvota kontra imma għandu l-Covid u ma setax imur.

Chris Said u Jerome Caruana Cilia ma marrux għall-vot.C

Dawk id-deputati tal-PN u tal-PL li qabel l-elezzjoni ddikjaraw li huma favur il-ħajja, weħlu mill-ewwel eżami li ġiehom. Il-kelma tagħkom x’tiswa?

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *