Graham Bencini jwieġeb għall-kritika li saritlu li ma tkellimx fuq l-għażla ta’ Joseph Muscat

Graham Bencini wieġeb għall-kritika li ġiet espressa fuq dan is-sit li baqa’ sieket fuq il-ħatra ta’ Joseph Muscat bħala president tal-clubs tal-premiere. Dalgħodu dan is-sit ippubblika t-tħassib li wrew ċertu clubs minħabba li ma kienx hemm reazzjoni mill-kelliem tal-Partit Nazzjonalista Graham Bencini fuq il-ħatra ta’ Joseph Muscat, fil-parlament.

Graham Bencini kkuntattja lil dan is-sit biex jispjega l-pożizzjoni tiegħu u jassiġura lil dawk il-clubs li wrew ċertu dubji dwaru, li hu bil-fatti tkellem dwar din il-ħatra.

Is-Sur Graham Bencini spjega lil dan is-sit li fl-aġġornament tat-8 ta’ Ġunju hu tkellem dwar problemi relatati mal-PBS. Imbagħad kien imissu jerġa jitkellem fl-aġġornament tal-Parlament tat-22 ta’ Ġunju. Dak in-nhar, kif intqal tajjeb minn dan is-sit, hu tkellem fuq problemi marbuta mad-distretti.

Biss dan ma pprekludihx milli jitkellem anki meta kien hemm biss għajdut li Joseph Muscat ser jilħaq president tal-clubs tal-Premiere fuq din il-ħatra. Dan hu għamlu fuq is-social media. Infatti fil-21 ta’ Ġunju, hu tella’ post fuq Facebook fejn qal li ma jaqbilx mal-għażla ta’ Joseph Muscat bħala president tal-clubs tal-premiere.

Dan il-messaġġ jew statement pubbliku kien ġie rrapputat fuq Lovin Malta fit-23 ta’ Ġunju kif ġej:

Waqt li spiċċa wkoll suġġett tal-kritika ta’ Emanuel Cuschieri

One thought on “Graham Bencini jwieġeb għall-kritika li saritlu li ma tkellimx fuq l-għażla ta’ Joseph Muscat

  1. Dr Muscat was able to raise Malta the PN managed EU area of mismanaged states to A+ top state standard…… and for this the PN useless establishment managment were kicked out of the management of Malta , ….and so …. they hate his guts

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *