Fejn hu l-kelliem Nazzjonalista għall-isports?
Meta Bernard Grech fassal is-Shadow Cabinet tiegħu wara l-elezzjoni ġenerali li għadha kemm għaddiet, jidher li nesa jew ħalla barra l-kelliem għall-isports!
Għaddew aktar mninn ġimgħatejn, min meta faqqgħet l-aħbar li Joseph Muscat ser jinvolvi ruħu fil-futboll Malti. Minkejja l-kontroverżji li nqalgħu, l-Oppożizzjoni biss ma tniffsitx. Imma tgħid Bernard Grech nesa jpoġġi kelliem għall-isports? Jew inkella d-deputat Nazzjonalista, Graham Bencini, li sa fejn naf jien huwa l-kelliem Nazzjonalista għall-isports għażel li ma jċappasx idejh ma’ din il-kwistjoni!? Infakkar li Graham Bencini jiftaħar, u dan kliemu:
“throughout my football career I have had the privilege of knowing most of the sports journalists in Malta, all of whom carried out their duties towards sports”.
Tal-Club tal-Premiere li ma xtaqux li Joseph Muscat ikun involut, huma ferm diżappuntati bil-logħba li ma lagħabx jew qed jilgħab Graham Bencini. Persuna qrib dawn il-clubs tal-Premiere rrimarkat lil dan is-sit li fil-Parlament, Graham Bencini ħa xi żewġ aġġornamenti u sab il-ħin jitkellem fuq issues domestiċi li jolqtu d-distrett elettorali minn fejn tela’ minnu, iżda fuq l-issue nazzjonali daqshekk importanti, għamel bħal Pilatu u ħasel idejh. Tal-Premiere qed jgħidu wkoll li Graham Bencini ikkonferma dak li ilu jgħid fi ċrieki ta’ ħbieb li la jaf x’inhi politika u wisq aktar xi jkun servizz fl-arena politika.
Issa min għandu moħħ biex jifhem… ħa jifhem.
Imma dak ghax jafu li b-Muscat Malta ser ikolla cans terbah il World Cup…