Adrian Delia, Alex Borg u Ivan Bartolo huma rġiel ta’ vera: it-tabib Spiteri pprova jirredikolhom waqt li Jerome Caruana Cilia wera li hu ġifa.
Illum, Adrian Delia ħareġ li hu politiku ta’ stoffa u ma jibżax. Illum Adrian Delia ma beżax jieħu pożizzjoni u jitlob division fil-parlament. Fi kliem ieħor, dan il-politiku ma beżax joħoroġ għonqu. Miegħu kien hemm ukoll Alex Borg u Ivan Bartolo tal-Mosta. Magħhom ingħaqad Carm Mifsud Bonnici li ma setax ikun il-parlament għax għandu l-Covid u għalhekk qiegħed kwarantina.
Min-naħa l-oħra, Bernard Grech u saħbu ddikjaraw gwerra kontra l-valuri instrinsiċi tal-Partit Nazzjonalista. Il-PN twaqqaf biex jipproteġi u jippromovi l-valuri tal-ħajja. Ilum Bernard Grech u saħbu ħadu deċiżjoni li jbiddlu lill-Partit Nazzjonalista f’wieħed partit liberali.
Bernard Grech u sħabu issa qed isejħu lid-deputati konservativi bħala fundamentalisti. Għax li temmen fil-valuri li għalih twaqqaf il-PN sar issa li tkun fundamentalista.
Issa Bernard u sħabu ser jibdew jaraw kif jwarrbu lill-fundamentalisti minn magħhom. Li tkun liberali spiċċa issa l-unika mod kif tista’ forsi xi darba ssir ministru – jekk xi darba din il-verżjoni tal-PN qatt tmur fil-gvern.
Fil-messaġġ b’saħħtu li għamel Adrian Delia fil-parlament qal li hu jemmen fil-ħajja li tibda mal-konċipiment u fuq kollox l-ebda embrijun ma għandu jitħalla jmut għaliex ikun it-testjat li hux għal qal xi ħadd. Hija tal-mistħija li t-tabib Stephen Spiteri pprova jirredikola lil dawk id-deputati li ħa l-pożizzjoni li ħadu fuq din il-liġi.
Ta’ min jgħid li kien hemm żewġ deputati li astjenew billi ma marrux fil-parlament. Wieħed huwa Chris Said u l-ieħor huwa Jerome Caruana Cilia. Caruana Cilia ħobb jidher mal-grupp pro-life imma meta ġie għall-mument tal-prova, għamel bħal San Pietru u wera li hu ġifa.