Bernard Grech qed jgħid lil dawk id-deputati li huma kontra dawn l-emendi biex ma jkunx preżenti għada waqt il-vot
Kif ġa ġie rrappurtat f’dan is-sit, il-biża’ ta’ Bernard Grech li ma jsejjaħx laqgħa tal-group parlamentari hi li jekk jagħti l-free vote, hu ser jispiċċa f’minoranza.
Dan ikun ifisser li jitlef l-awtorita’ tiegħu marbuta mal-pożizzjoni li għandu bħala kap tal-Partit Nazzjonalista.
Bernard Grech qiegħed jipprova jara kif joħroġ mill-isqaq li daħal fih billi qed jgħid lil dawk id-deputati li huma kontra dawn l-emendi biex ma jmorrux il-parlament għada jew ma jkunx preżenti għal waqt il-vot.
Jekk issa dawk li ma jaqblux ma dawn l-emendi mhux ser ikunu preżenti, xorta waħda Bernard Grech ser jidher li tilef għal kollox l-awtorita’ ta’ kap.