Prosit Adrian Delia għal pożizzjoni li ħadt favur il-ħajja
Minn osservatur politiku
Fl-aħħar tfaċċa deputat tal-parlament Malti li jitkellem skjett u mingħajr tlaqliq dwar dak li jemmen fih. Kellna żewġ posts minn Dr. Adrian Delia dwar il-prinċipji li jemmen fihom hu bħala demokristjan. Huwa għamel dikjarazzjoni skjetta li hu jemmen fil-ħajja mill-konċepiment sal-mewt kif fuq kollox iddikjarat fl-istatut tal-partit tiegħu. U għax jemmen fil-ħajja qalilna li jemmen f’kull mezz possibbli għal dawk li jixtiequ jkollhom l-ulied.
Kien dirett meta qal li hu ma jaqbilx ma’ testjar fuq l-embrijun. Dr Delia jistqarr li min jemmen fil-ħajja ma jistax ikun meqjuż bħala xi ħadd antikwat. Anzi hu jħossu kuntent li jħaddan twemmin kristjan ibbażat fuq linja ta’ ħsieb demokratikiu. Ma jiddejjaqx jesprimi l-ħsibijiet tiegħu f’isem min ma jistax jiddefendi lilu nnifsu. Għalhekk nistgħu nikkonsidraw lil dan il-politiku bħala bniedem ta’ konvinzjoni u mhux ta’ konvenjenza.
Adrian Delia jemmen ukoll li ebda tmiem tal-ħajja mhi aċċettabbli, jkun min jkun u jsir fejn isir. Fl-istess waqt jesprimi li ebda partit politiku ma għandu jkollu xi mira li jitfa’ n-nies il-ħabs jekk min ikun ma jagħmilx reati għax ikun irid isalva l-ħajja tal-omm. Dr Delia jemmen b’qawwa kbira li t-tarbija fil-ġuf hija persuna għalkemm mhux imwielda u għalhekk għandha dritt li tgħix.
Dr Delia għamel dikjarazzjoni ċara fl-ewwel post tiegħu fuq dan is-suġġett. Hu kontra l-abort u favur il-ħajja. Jgħid ukoll li hu jħossu obligat li jistqarr dak li jemmen fih u kif jaħsibha. U fil-fatt jiddikjara li l-valuri għalih huma sagrosanti u ma jikkomprometti ma ħadd dwarhom. U għax jemmen fil-ħajja għamel dikjarazzjoni skjetta oħra fit-tieni post tiegħu fejn iddikjara li ma jaqbilx ma’ testjar fuq l-embrijun għax jista’ jipperikola jew ikun fatali għal ħajja umana.
Mhux komuni u lanqas spiss li tisma’ jew taqra’ dikjarazzjonijiet ċari minn politiċi Maltin. Dan għax jistgħu jmorru kontra l-maġġoranza fil-grupp parlamentari tagħhom jew jistgħu jfixklu l-ħsieb li jkun qed jippreżenta l-partit tagħhom. Dr Delia għax jagħmel parti mill-Partit Nazzjonalista jiddikjara twemminu mingħajr tlaqliq. Il-Partit Nazzjonalista kollu jaf fejn qiegħed miegħu. Il-grupp parlamentari jista’ jiddiskuti kemm irid imma jaf li wieħed mid-deputati miegħu ma għandux prinċipji għal bejgħ. Ma jixxaqlibx għax hekk ikun jaqbel għall-partit.
Dan l-aħħar fil-Partit Nazzjonalista rajna ħafna tidwir bil-kliem u rajna wkoll diversi u-turns mil-kap tiegħu, Dr Bernard Grech. Dan ma jawgurax tajjeb għas-sitwazzjoni fil-Partit Nazzjonalista stess. U għalhekk huwa mportanti li deputati jiddikjaraw mingħajr tlaqliq il-pożizzjoni tagħhom u dak li jemmnu fih. J’Alla nsibu aktar membri tal-Partit Nazzjonalista li joħorġu għonqhom biex ipoġġu l-valuri u l-prinċipji tagħhom fuq quddiem u jagħmluha ċara li ebda attentat biex jiġu akkwistati xi voti, ma hu ser ireġġi magħhom.
Kull min dahal fil parlament bies is salib, ghalhekk iddikjaraw li veru nsara,bit-taghlim kollu ta’ Kristu msallab, fosthom ..la toqtolx
Hu temma wkoll..”ahfrilhom ghax ma jafux x inhuma jaghmlu”
fuq dan hawn miktub issa naraw kif ser jivvota Dr Adrian nhar l-Erbgha fil-Parlament u jekk jivvota favur iwaqqa kliemu u jaqa ghaz-zuffjet