Possibli li ma hemm ħadd fin-naħa tal-gvern li mhux qed jaqbel mal-emendi fil-liġi tal-IVF?

Minn osservatur politiku

Aktar tard illum fil-Parlament Malti ser jittieħed vot delikat fuq l-IVF.  Minn dak li qed naqraw jidher li hemm diversita’ fil-ħsieb bejn xi deputati tal-Partit Nazzjonalista. Minn dak li qed naqraw minn ċertu posts fuq Facebook qed nifhmu li ma hemmx għajta waħda min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.

Għall-kuntrarju ma jidhirx li hemm differenza ta’ ħsieb fi ħdan il-Partit Laburista għax mid-dehra kollha ser jivvutaw favur l-emendi mressqa f’dawn l-aħħar ġimgħat.  

Tiskanta kif daqshekk deputati min-naħa tal-Gvern u ebda wieħed minnhom ma tniggżu l-kuxjenza fuq xi emenda li qed titressaq.  Hawn qed niddiskutu kwistjoni morali. Nifhem li jkun hemm min ikollu ħsibijiet differenti fuq issues morali. Imma ma nifhimx li kulħadd għandu l-istess ħsieb.

Dak li qiegħed nikkonkludi li dawn id-deputati Laburisti ma tantx qed isibu diffikulta’ dwar il-fatt li jiġu ttestjati l-embrijun u jista’ jkun hemm xi konsegwenzi mhux mixtieqa. Minn dak li qed naqraw tista’ tiġi pperikolata l-ħajja.

Allura possibli ħadd mill-bankijiet tal-Gvern ma għandu dubju fuq din il-possibilita’ jew jitkellem dwarha? Possibbli ħadd minn dawn id-deputati kollha tal-Labour ma jqisu li hemm dan ir-riskju u allura xi ħadd jitkellem u jitħajjar jgħid xi ħaġa fuq dan is-suġġett jew jagħmel xi kumment fuq Facebook?  

2 thoughts on “Possibli li ma hemm ħadd fin-naħa tal-gvern li mhux qed jaqbel mal-emendi fil-liġi tal-IVF?

  1. Allura x’taghmel li kien ghalik , ma taghmel xejn ? bl-iskuza li rridu nkomplu nistudjaw jew ahjar kif tghid l-emenda illi jekk ikun hemm dubju ma jsir xejn. Mhux ta b’xejn bqajtu ankrati mal-medju evu fejn il-qorti tal-knisja kellha l-poter li tiddikjarak sahhar/a u taharqek haj. Ifthu mohhkhom forsi xi darba tohorgu b’wahda tajba jahasra.
    Billi ndahhlu dubbji jew biza , jew morali ma tasal imkien. Kollhox fih ir-riskju tieghu .Issa trid taghzel u tizen jekk bli qed taghmel hux ghal gid jew ghad-deni.
    Lil fejn jinzel il-mizien , mexxi.

  2. tippruvawx taqsmu il verita dwar l-iVF ghax mhux ser jirnexxielkhom ghax kull deputat telha fuq dan il principju u hadd minnhom mhu ser ikun Guda

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *