Where your opinion counts

Mill-inqas ħames deputati Nazzjonalisti talbu lil Bernard Grech għal free vote fuq il-vot tal-IVF u qalhom le

Dan is-sit jinsab infurmat li milll-inqas ħames deputati talbu lil Bernard Grech free vote fuq il-vot tal-IVF u qalhom le. Qed ngħid dan għaliex ilbieraħ, il-mainstream media, b’mod partikolari l-Malta Today ikkwotat lil Bernard Grech fejn qal li ħadd mid-deputati kollha tiegħu, ma talab free vote. Dan mhux minnu u naħseb li Nicole Meilak, li kitbet l-artiklu taf tajjeb li dan mhux minnu. Imma jidher li l-Malta Today qed tilgħab il-logħba tagħha biex Bernard Grech jkun f’but il-Partit Laburista aktar milli hu. Il-freevote ntalab minn ħames deputati Nazzjonalisti u kien Bernard Grech li ma’ aċċettax li dan jingħata. Mela Bernard Grech qed jigdeb meta qed jgħid li ma ntalabx freevote.

Infatti llum mistenni li jittieħed vot fil-parlament fuq l-emendi għall-liġi tal-IVF. Fil-media kien hemm numri ta’ deputati Nazzjonalisti li tellgħu post biex juru d-disapprovazzjoni tagħhom għal ċertu emendi ta’ din il-liġi. Dawk kontra dejjem jistgħu jivvutaw skont il-kuxjenza u jekk iridu, anki jitolbu division.

2 thoughts on “Mill-inqas ħames deputati Nazzjonalisti talbu lil Bernard Grech għal free vote fuq il-vot tal-IVF u qalhom le

  1. The coalition of confusion organised be Simon and Marlene, still alive and well within the partito

Leave a Reply to Joseph Cassar Cancel reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *