L-istorbju fil-Belt: konferma li l-ebda deputat min-naħa tal-gvern li hu mid-distrett ma fetaħ ħalqu llum fil-Parlament
Kif antiċipa dan is-sit, l-ebda deputat min-naħa tal-Gvern li tela’ fuq l-ewwel distett ma tkellem illum fil-Parlament fuq il-legal notice li għadda l-gvern biex il-mużika tibqa’ sas-siegħa ta’ filgħodu. Dan għaliex hemm rabja kbira fost ir-residenti lejn id-deputati Laburisti minħabba li qed iħossuhom ittraduti.
Dan il-fatt ikompli jkabbar ir-responsabilita’ tal-Oppożizzjoni u ta’ Bernard Grech. L-Oppożizzjoni trid terfa’ r-responsabilita’ ta’ dawn il-fatti. Għaliex qed ngħid dan? L-Oppożizzjoni wriet li ma hiex attiva fuq il-kwistjoni tal-mużika fil-Belt u missha għamlet ħafna iżjed ħoss, speċjalment meta l-Partit Laburista għalaq ħalq ir-rappreżentanti tiegħu tal-ewwel distrett u mhux qed iħallihom jitkellmu.
Imma le, l-Oppożizzjoni aljenata u mhix moħħha hemm. Għadhom ħsiebhom wisq fuq id-disgwid intern. Minflok ma Bernard Grech jara kif jiġbed lil kulħadd lejh, qed ikabbar l-għadab tad-deputati tiegħu stess u jkompli jżid il-firda. U dan mhux tajjeb għal pajjiżna. B’hekk l-Oppożizzjoni mhux qed tkun proattiva. Wasalna f’sitwazzjoni fejn il-Gvern jista’ jiżbalja kemm irid għax jaf li l-votant mhux ser iħares in-naħa l-oħra, għax l-Oppożizzjoni hija maħkuma wisq minn firdiet, diżorganizzazzjoni u apatija li qed jikkawża Bernard Grech. L-elettorat jista’ jirrabja kemm irid għad-deputati tal-Gvern għaliex mhux qed isib l-Oppożizzjoni warajh.
Il-Prim Ministru u l-grupp tiegħu jafu li l-Partit fl-Oppożzjoni ma hu qed jibgħat ebda sinjal li bih jista’ jattira l-attenzjoni tal-elettorat u aktar agħar mhu qed jibgħat ebda messaġġ ta’ fiduċja, inkluż meta jkun hemm rabja fost ir-residenti bħal ma rajna li ġara fil-Belt Valletta.
Bernard Grech ma jistax jippriedka l-għaqda meta l-anqas kapaċi jġib miegħu residenti rrabbjati u anki nies fis-settur tat-turiżmu li mhux qed jaqblu ma din id-deċiżjoni. Forsi għax is-sajf u s-sħana qed tagħmel tagħha, imma mhux sewwa li l-media indipendenti qed issib diffikulta biex tistaqsi mistoqsijiet lill-Ministri tal-Gvern, lill-Prim Ministru u anke lill-Oppożizzjoni għax donnu kulħadd sparixxa u ħadd ma jrid jgħid xejn.
This is madness.Even in Brussels music out door all finish at 11.They stay open till late without music because some of the tourists want to sleep before midnight.And I know from experience because iam a musician.