Illum mistenni jkunhemm id-dibattitu fuq l-estenzjoni tal-ħin tal-mużika fil-Belt: mhux ser jitkellmu d-deputati Laburisti kollha tal-ewwel distrett

Dan is-sit jinsab infurmat li llum huwa mistenni li jsir diskussjni fil-Parlament dwar l-legal notice jew l-avviż legali biex il-ħwienet ikunu jistgħu jibqgħu jdoqqu l-mużika fil-Belt Valletta wara l-ħdax ta’ bil-lejl. Din id-diskussjoni fil-parlament ġiet mitluba mill-Partit Nazzjonalista. Permess ta’ dan l-avviż legali sar permessibbli li l-ħwienet iżommu l-mużika sas-siegħa ta’ filgħodu. Xi ħwienet ġa bdew iżommu l-mużika tgħajjat wara l-ħdax ta’ bil-lejl.

Dan is-sit jinsab infurmat li d-deputati li telgħu fuq l-ewwel distrett mill-kamp Laburista qed iżommu lura milli jitkellmu f’dan id-dibattitu għaliex ħafna Laburisti fil-Belt huma rrabbjati ferm minħabba ż-żieda fil-ħin tad-daqq tal-mużika. Infatti ħafna minnhom ma jaqblux ma dan l-avviż legali imma qed jżommu lura u jiġbdu l-linja tal-Partit Laburista. Xi uħud minnhom għamluha ċara lill-Partit Laburista li jippreferu ma jitkellmu xejn għaliex ma jħossuhomx komdi jiddefendu legal notice li ma jaqblux magħha.

Ħafna deputati Laburisti li telgħu minn dan id-distrett qed jibżgħu li ser jaqilgħuha mingħand l-elettorat Laburista tal-ewwel distrett, b’mod speċjali dak tal-Belt Valetta, meta jasal l-mument opportun.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *