Id-deputat Nazzjonalista tal-Mosta Ivan Bartolo jingħaqad ma’ dawk id-deputati Nazzjonalisti li qed jisprimu ruħhom kontra l-emendi fl-IVF

Illum, dan is-sit ta l-aħbar li hemm ħames deputati fil-Partit Nazzjonalista li talbu ‘free vote’. Dan imur kuntrara dak li qal Bernard Grech ilbieraħ, meta qal li ħadd mid-deputati ma talab free vote.

Ftit tal-ħin ilu kellna deputat Nazzjonalista ieħor, Ivan Bartolo tal-Mosta, li ngħaqad maż-żewġ deputati l-oħra Nazzjonalisti u qal li huma favur il-ħajja u li ma jaqblix li embrijun jiġi f’xi tip ta’ riskju biex jiġi ttestjat.  Dan hu dak li kiteb Ivan Bartolo.

Qabel l-elezzjoni ġenerali jien tajt kelma u kkonfermajt li nivvota kontra kull liġi u miżura li tipperikola l-ħajja.   Qabel l-elezzjoni ktibt u tkellimt dwar il-ħsibijiet tiegħi fejn tidħol il-ħajja. 

Min hu qrib tiegħi u dawk li jafuni mill-viċin, jafu kemm id-don tal-ħajja huwa prinċipju ferm għal qalbi.  L-iskop tal-liġi li se tiġi emendata din il-ġimgħa kien dejjem ċar “Ħarsien tal-embrijun sa mill-bidunett, għax fih hemm il-ħajja.” 

Liġi li tippermetti testijiet ġenetiċi fuq l-embrijun ma tistax tibqa tissejjaħ “Embryo Protection Act”. Politiku mhuwiex “Alla” imma għandu r-responsabbilta’ li jkun kontabbli għal kuxjenza tiegħu, filwaqt li jġorr ukoll il-lealta’ ta’ dawk li jemmnu fih u eleġġewh bħala Rappreżentant tal-poplu.

Mela Ivan Bartolo qed jgħid ċar li jaqblix ma dawn l-emendi.  La dawn it-tliet deputati huma favur il-ħajja allura ma jistgħux ikunu favur il-possibilita’ ta’ ħsara jew qtil tal-embrijun. B’hekk hu ċar li dawn ser jivvutaw kontra dawn l-emendi.

Dan ikompli jikkonferma li Dr Bernard Grech meta kienx qed jgħid is-sewwa meta kien qed jirrispondi xi mistoqsijiet il-Ħadd filgħodu u qal li hemm qbil fost id-deputati kollha tiegħu li ser jivvutaw favur l-emendi mressqa mill-Gvern u allura hemm pożizzjoni maqbula. 

Id-deputati sħabu stess issa qed jgħidulu giddieb. Hawn għandha tliet deputati li qed juru kuraġġ li jitkellmu kontra l-emendi mressqa mill-gvern fil-pubbliku. Dan qed juri li huma kontra dak li qal l-kap tal-Partit Nazzjonalista u mhux vera hemm xi qbil unanimu fil-grupp parlamentari Nazzjonalista fuq dawn l-emendi.  Allura hawn għandna daqsxejn ta’ disgwid jew konflitt intern.  Għax ma tistax tiddikjara li hemm qbil assolut imbagħad joħorġu tlieta li qed jgħidu li ma jaqblux.   

Fis-sitwazzjoni li qiegħdin fiha, għandek deputati fil-Partit Nazzjonalisti li għandhom il-kuraġġ li jgħidu li għandhom problemi fil-kuxjenza tagħhom dwar dan is-suġġett.  Mela, kien ikun aħjar għal Bernard Grech li jagħti ‘free vote’ mill-ewwel u jħalli lil kulħadd jivvota skond il-kuxjenza tiegħu għaliex jekk le, dieħel f’ħajt.

Imma mid-dehra Bernard Grech qed iwebbes rasu u baqa’ jinsisti li ma jingħatax ‘free vote’ biex jidher kemm għandu saħħa.  Ma hemmx dubju li ntalbet l-għajnuna tla-Knisja biex tikkonvinċi lil dawn id-deputati li jridu jivvutaw kontra ħalli jivvutaw ma’ Bernard Grech. Din hija verament tal-mistħija!!!  Dan kollu ser ipoġġi f’diffikulta’ lil ċerti deputati li ma jaqblux ma dawn l-emendi imma ma għandhomx kuraġġ jitkellmu kontra tagħhom. Il-mistoqsija tiġi waħedha, għalfejn dan it-twebbis tar-ras Dr Bernard Grech?

It-test ser ikun il-lejla fil-parlament jekk dawn id-deputati li ma jaqblux ma dawn l-emendi hux ser jitolbu division jew jivvutaw kontra bla ma jitolbu division.

2 thoughts on “Id-deputat Nazzjonalista tal-Mosta Ivan Bartolo jingħaqad ma’ dawk id-deputati Nazzjonalisti li qed jisprimu ruħhom kontra l-emendi fl-IVF

  1. jista jastienu jekk ma jkollhomx il ” free vote “” u b-hekk ma jtaqqlux il kuxenza

  2. Dawk id – Deputati tad – 9 Distrett li jivvutaw Favur l – Emendi tal – Embrijuni ma ghandhomx cans li jiehdu xi Vot min ghandi f’ Elezzjoni meta tigi.
    Il – Kelma inzomma l – Anqas jekk jitolbu skuza .

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *