Anki fil-Lejber hemm diffikultajiet minħabba l-liġi tal-IVF
Jidher li anki l-Lejber għandu problem kbar dwar din il-liġi tal-IVF għaliex il-vot li kellu jittieħed illum tħalla għal nhar l-Erbgħa. Infakkar li l-President tar-Repubblika George Vella tkellem kontra dawn l-emendi.
Jekk kien hemm xi ħaġa li wera Adrian Delia f’dawn l-aħħar jiem kienet l-importanza ta’ Oppożizzjoni b’saħħitha f’demokrazija. Din hija xi ħaġa mixtieqa u mistennija minn kulħadd. U meta jkun hemm Oppożizzjoni b’saħħitha jkun ta’ ġid anke għall-partit fil-Gvern għax iġiegħlu jkun aktar attent f’xogħlu.
Mid-dehra f’pajjiżna, din il-ħaġa saret ħafna aktar importanti f’dawn iż-żminijiet fejn il-partit fil-Gvern għandu maġġoranza ta’ siġġijiet li qatt ma rajna bħala, imma llum indunajna li ma jistax jibqa’ għaddej jirrombla fuq kulħadd.
Illum kellu jieħu vot fit-tielet qari fuq l-emendi għal-liġi tal-IVF. Jidher ċar li grazzi għal Adrian Delia kienet ser tintalab division. Dan kien ikun ifisser li l-Ispeaker kien ikollu jgħid lid-deputati kif ser jivvutaw. Kien jidher ċar li kien ser ikun hemm numru ta’ deputati min-naħa tal-Oppożizzjoni li ma kienux ser jimxu mal-linja tal-kap tal-Oppożizzjoni u jivvutaw favur dawn l-emendi. Imma dak li ħareġ sorpriża li anki fil-gvern hemm diffikultajiet għaliex kieku kien jgħajjat division, aktar u aktar issa, li l-Oppożizzjoni hija maqsuma. Kieku ma kienx jaċċetta li l-vot jittieħed l-Erbgħa li ġej. Infatti, kemm il-whip tal-Partit Laburista u dak tal-Partit Nazzjonalista qablu li l-vot ma jittieħedx illum iżda l-Erbgħa li ġej.
Fil-Partit Nazzjonalista, jgħid x’jgħid Dr Bernard Grech u sieħbu Mark Anthony Sammut, hemm diviżjoni qawwija. L-emendi fuq l-IVF imressqa mill-gvern huma indikazzjoni ta’ dan. Dak li ma xammx il-Partit Nazzjonalista (għax hekk kien jaqbillu Mark Anthony Sammut) li fuq din anki hemm nuqqas ta’ qbil fil-Lejber. L-Oppożizzjoni hija fid-dover li tgħasses fuq il-gvern u mhux tittrakka miegħu kif irid Mark Anthony Sammut li jidher ċar li hu wieħed minn dawk id-deputati li qiegħed wara Bernard Grech biex id-deputati Nazzjonalisti ma jingħatawx free vote fuq dawn l-emendi.
Fil-fatt li jkollok lill-kap jiddikjara bl-aktar mod ċar li d-deputati kollha qegħdin magħqudin warajh fuq dawn l-emendi hija indikazzjoni oħra tad-diffikultatjiet kbar li hemm fit-tmexxija ta’ Bernard Grech. U dwar dawn id-diffikultajiet u l-manuvri interni li saru u qed isiru fil-Partit Nazzjonalista biex ma jingħatax free vote ser inkompli nitkellem għada.
Indirettament jekk tghaddi din il-ligi wiehed jista jghid li din hijja ligi abortista u ghalkemm il-Knisja ta’ Malta ma qablitc ma din il-ligi ghada ma qalet xejn fuq il-fatt li l’Isqfijiet tal-Ewropa ikkundannaw lil-Metsola li kienet qed tipprova iddahhal l’Abort fic charter tad-drittijiet tal- Unjoni Ewropea.
Hu x’ hu jekk il – Partit jemmen fil – Valuri insara il – Kap kellu jghati Free Vote .
Nistennew turija Vera ta demokrazija libera. Free vote u show of hands.
Din hija s siegha tal prova. Ejjew halli naraw kemm verament iz zewg partiti huma liberali fil liberta ta l espressjoni.
Illejla jew naraw hakma dittatorjali jew liberta tal kelma .