Adrian Delia jappella lid-deputati Nazzjonalisti biex ma jibżgħux jieħdu stand il-lejla fil-Parlament

Adrian Delia tella’ post fejn għamel appell pubbliku lid-deputati tal-Partit Nazzjonalisti biex ma jibżgħux u jieħdu stand il-lejla fuq dak li jemmnu fih fir-rigward tal-vot fuq l-emendi tal-liġi tal-IVF. Dan hu l-appell ta’ Adrian Delia:

Kemm hu faċli li tmur mal-kurrent.

Kemm hu komdu li tagħmel bħal kulħadd.

Imma b’hekk ma tkun tfisser xejn la int u lanqas twemminek.

Mill-banda l-oħra:

Jekk veru temmen f’xi ħaġa

Jekk veru tħaddan prinċipju

Iċċediex

Togħtorx

Żomm sod u għid min int

Għid f’hiex temmen

Għax qegħdin fil-politika

Mhux biex inbaxxu rasna

Mhux biex insegwu

Imma biex nuru t-triq.

Lets show what we stand for

Lets take a stand

Lets stand up and talk.

#respect

#righttolife

#notogenetictesting

6 thoughts on “Adrian Delia jappella lid-deputati Nazzjonalisti biex ma jibżgħux jieħdu stand il-lejla fil-Parlament

  1. kliem bla sugu ghax Adrian Delia ma qalx ezatt xi irid ifisser dwar li stand jekk ser jivvutax favur jew kontra meta il mara li qieghed maghha tafx tigix bzonn l-IVF ghal meta tasal ghal hlas tat tarbija tieghu

    1. Nixtieq nghid lill dan is sinjur ma nafx forsi dan professur ghax jien ma nafux li qabel ma jharbex xi haga li ma jifhimx fiha jaggorna daqxejn ruhu. MARA ma tigix bzonn l’ IVF meta tigi biex twelled imma dan is sinjur professur biex minghalih jipprova jferi lin nies li rrefera f’dil kitba ta hawn taht hareg ta mazetta ghax m’ghandhux idea ta x’inhi IVF ghalhekk nissuggerilhu jeqleb ghal xi ftit passatemp aktar addattat ghalih milli tal kitba. Habib il hobz tieh lill min jaf jieklu u x xoghol lill min jaf jahdmu u l’IVF ghal professuri ta vera.

    2. Ara xejn sew dritt al gol hajt eh! Mur ghamel ftit ricerka qabel tikteb ic cucati ax jidher li mohh ta nemusa ghandek

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *