Tinsteraq ostja mill-kappella tal-ħabs u tliet Għarab isawtu ħabsi Malti: id-Direttur qed jibża’ mill-ħabsin?
Dan is-sit jinsab infurmat li nhar l-Imnarja, jiġifieri 29 ta’ Ġunju, prigunier ta’ nazzjonalita Maltija seraq ostja mill-kappella tal-ħabs. Xi ħaġa bħal din kienet tqajjem skandlu fl-imgħoddi. Illum l-anqas xejn ma hu rrappurtat fil-media. Eventwalment, din l-ostja nstabet fiċ-ċella ta’ dan il-priġunier Malti.
Forsi wieħed jgħid li qed ngħixu f’dinja sekularizzata u allura storja bħal din mhix ta’ importanza u valur. Imma din ma kienetx l-unika storja li seħħet fil-ħabs nhar l-Imnarja. Fl-istess jum li dan il-priġunier Malti sereq din l-ostja, tliet ħabsin Għarab li qegħdin f’diviżżjoni tnejn, daħlu fiċ-ċella ta’ wieħed Malti u tawh xebgħa. Anki hawn il-media b’ħalqha magħluq. Ara li kienu kien xi Malti u ta xi xebgħa lil xi ħadd ta’ karnaġġjon skur, kieku protesti ma kullimkien għandna!!! U kieku din ġrat fi żmien ieħor, il-media kollha kienet tkun qed tgħidilna x’għarukaża għandna fil-ħabs.
Issa x’hemm x’jgħaqqad dawn iż-żewġ stejjer? F’kull każ, dan is-sit jinsab infurmat li d-Direttur tal-ħabs preżenti ma kellimx lill-priġunieri nvoluti li għamlu dawn ir-reati. Minkejja li l-liġi tal-ħabs tgħid li d-direttur għandu jiltaqa’ u jitkellem mal-priġunieri, id-direttur preżenti ma kellimhomx. Il-ħabsin illum qed jgħidu li d-direttur jibża’ minnhom u għalhekk qatt ma jitkellimx magħhom.
Dak li dan is-sit jixtieq jistaqsi jekk hux veru li d-Direttur tal-Ħabs, kemm fil-każ tas-serqa tal-ostja u l-istorja ta’ dawn it-tliet Għarab, ma kellimhomx? Dak li dan is-sit jinsab infurmat li dawn il-ħabsin involuti f’din l-istorja nbagħtu f’diviżżjoni sitta bħala kastig.
Imma jekk hemm prova kemm is-sitwazzjoni fil-ħabs qed issir esplossiva u d-direttur qed jitlef il-kontroll tas-sitwazzjoni tinsab f’dak li ġara lbieraħ t’lura. Meta, ilbieraħt lura, il-Ġimgħa, il-prigunieri ssejħu għal dak li jissejjaħ il-fall in tas-sagħtejn, kien hemm ċapċip u għajjat fost il-prigunieri waqt dan il-fall in. Fizzjali u uffiċjali qalu li dan is-sit li din kienet ikkonsidrata bħala rebħa oħra mill-ħabsin fuq l-Awtorita’.
Issa jekk wieħed jara r-regolamenti, id-Direttur tal-Ħabs għandu id-dritt u l-obbligu biex ikellem lill-priġunieri imma l-fizzjali u familjari tal-ħabsin qalu lil dan is-sit li qed jinħeba wara l-Kummissarju tal-Welfare tal-Priġunieri.
Mhux hekk ried il muqran Peppu? Issa jekk trid risposta tad domandi li ghamilt, staqsihom lil oraklu Peppu !!!
Time to bring Dalli back again. He had the balls because he was a professional service man.
Please pass on to Peppi and the Professore
Ma nafx kif twaħħlu fil-kunduttur u fil-Copycat PHD.
It-tort hu kollu tal- BB (boyscout Byron)
Kull fejn miss hu, DIŻASTRU TOTALI.
Ohh Peppi Peppi…. fejn qieghad Pepp?? Idhol ghalina Pepp.
Kollu tort ta dak il clown peppi paroli …. Fuq hekk ma jiftahx l hangra dak it traditur skerz tan natura