Jamie Vella jwaqqaf il-hunger strike wara li nbagħat f’diviżjoni oħra ta’ sigurta aktar.

It-Times ilbieraħ t’lura qaltilna li Jamie Vella, wieħed minn dawk mixlija bl-involviment fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia waqqaf il-hunger strike li kien qed jagħmel. Skont The Times hija saret taf dan minn sorsi qrib il-ħabs. Dejjem skont The Times, Vella kien fuq strike tal-ġuħ mill-Ħadd li għadda u kien qed jagħmel dan l-istrike tal-ġuħ minħabba l-kwalita’ tal-ikel li kien qed jingħata.

Dak li dawn is-sorsi qrib il-ħabs jidher li ma qalux lil The Times kien il-fatt li meta Jamie Vella kien fuq hunger strike, tmexxa minn diviżżjoni għall-diviżjoni oħra. Vella beda l-hunger strike meta kien f’diviżjoni 2. Imma fl-aħħar 24 siegħa qabel ma waqqaf dan il-hunger strike, Vella tniżżel f’diviżjoni sitta għaliex hemm il-cameras fiċ-ċelel u b’hekk seta’ jkun sorveljat tajjeb. Fizzjal, il-Ġimgħa filgħodu, jiġifieri lbieraħ t’lura, tah sandwitch u qallu li jekk jieklu jerġa’ jittella’ lura f’postu!

Fuq kollox, f’dan il-każ tal-hunger strike, dan is-sit jixtieq jistaqsi lid-Direttur tal-Ħabs, jekk tkellem ma’ Jamie Vella meta kien fuq hunger strike. Mill-informazzjoni li għandu dan is-sit, id-direttur preżenti qatt ma tkellem ma’ Jamie Vella matul il-perjodu li kien fuq strike tal-ġuħ.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *