Adrian Delia jgħid b’mod ċar x’inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq l-emendi għall-liġi tal-IVF

Adrian Delia tella’ post fuq il-Facebook page tiegħu fejn qal ċar u tond x’inhi l-pożizzjoni tiegħu fuq il-liġi tal-IVF. Hija pożizzjoni bbilanċjata u sensata’. Żgur li ħadd ma jista’ jgħid li hija xi pożizzjoni fundamentalista. Dan hu dak li ddikkjara Adrian Delia fuq Facebook.

Jiena nemmen fil-ħajja.

Jiena nemmen li l-valur tal-ħajja huwa inaljebbli.

Jiena nemmen li b’kull mezz possibbli dawk li jixtiequ jkollhom l-ulied għandhom ikollhom l-għajnuna u l-mezzi kollha sabiex jiċċelebraw id-don tal-ħajja.

Dan iżda sakemm b’ebda mod ma nkunu qed nipperikolaw b’ebda mod il-ħajja, anke jekk fil-bidu nett tagħha.

Kull test fuq il-bajda tal-mara li ma tkunx iffertilazzata ma tkunx qed tipperikola l-ħajja.

Testijiet ġenetiċi fuq l-embrijun iva.

Bla tlaqliq u biex inkun ċar niddikjara li jien ma naqbilx ma testing fuq l-embrijun li jista jipperikola jew saħansitra jkun fatali għal ħajja umana.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *