Residenta fil-Belt tuża l-Facebook biex tesprimi l-frustrazzjoni tagħha għall-mużika tgħajjat bil-lejl u “tirringrazzja” lill-Prim Ministru għar-rispett li qed juri!

Residenta fil-Belt Valletta tellgħet post fuq Facebook minħabba l-istorbju li qed ikun hemm bil-lejl. Hija waħda minn dawk milquta ħażin bid-deċiżjoni tal-Gvern li jħalli l-mużika tgħajjat wara l-ħdax sas-siegħa ta’ filgħodu. Dan hu l-kumment tagħha li akkumpanjatu b’video li tellgħat bħala prova.

Il-11.20 pm u dan l-istorbju kollu. Hawn anzjani morda f’din it triq u fit-triq Santa Lucija. Aħna ma aħniex annimali sur Prim Ministru! Ftit passi l-bogħod fejn għandek l-uffiċċju legali dan kollu. Grazzi tar-rispett li qed turi lejn l-anzjani li joqgħodu f’dawn l-inħawi.

2 thoughts on “Residenta fil-Belt tuża l-Facebook biex tesprimi l-frustrazzjoni tagħha għall-mużika tgħajjat bil-lejl u “tirringrazzja” lill-Prim Ministru għar-rispett li qed juri!

  1. Ghax mhemmx xi membru ta elite ( Mp ) joqghod hemm il maggaronza kibritlu rasu il PL

  2. Even in Brussels the Music stop at 11.They stay open without Music so they respect their citizens.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *