Rebħa għal Albert Buttigieg u l-Kunsilliera kollha ta’ San Ġiljan fuq il-fat cats.

Sa ftit jiem ilu, Albert Buttigieg kien għoddu tilef rasu u kien qed jissoġra li jitkeċċa mill-PN wara li kiteb artiklu dwar il-fat cats u kif dawn ħadmu kontra tiegħu. Illum ingħata raġun. Il-Wied tal-Balluta ngħata protezzjoni akbar.

Wieħed jista’ jgħid li ma tantx fadal xi tħares f’dan il-wied mill-fatcats. Ġa ħarġu ħafna permessi għax anki t-tribunal tal-Ambjent u l-Ippjanar innota li madwar dan il-wied hemm żona qawwija urbana ta’ żvilupp. B’hekk dawk li xtaqu xi permess – ħa ngħid fil-maġġoranza tagħhom – ġa ħaduh.

Imma xorta tibqa’ “an achievement” għas-sindklu u l-kunsilliera ta’ San Ġiljan. Ta’ dan wieħed għandu jgħidilhom prosit. U kont qed nistenna li l-Partit Nazzjonalista jgħidilhom prosit ukoll.

Wieħed jistenna li Albert Buttigieg u l-kunsillera Nazzjonalisti ta’ San Ġiljan ikunu mistiedna fuq NET TV wara dan l-akkwist li għamlu.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *