Chris Fearne ma għandux għalfejn jitlob kjarifiċi fuq il-liġi; id-deputati Nazzjonalisti għandhom ikunu ċar fuq din il-kjarifika
Illum qed joħroġ ċar min huma dawk id-deputati u t-tobba favur u kontra l-abort. Waqt li ħafna deputati jistqarru li huma kontra l-abort, ftit minnhom għandhom kuraġġ li jitkellmu fil-pubbliku. Huwa ċar li wasal iż-żmien li l-poplu jkun jaf min huma d-deputati kontra u favur l-abort. Dan qed isir aktar importanti minħabba l-protest li qed isiru fil-qorti minn grupp ta’ tobba favur l-abort.
La darba kien hemm grupp ta’ tobba li ffurmaw protest ġudizzjarju, il-poplu għandu dritt ikun jaf minn huma dawk favur u kontra anki f’dan is-settur. Dan qed jintalab mhux biex ikunu insulentati – fuq kollox dawk favur l-abort huma radikali u jafu wkoll ikunu insolenti – imma f’ġieħ it-transparenza.
Fuq kollox kif qed ikun argumentat f’dan is-sit, f’Malta dejjem ġiet salvata l-ħajja tal-omm meta kien hemm periklu ta’ mewt. Ġieli kien hemm atti erojċi fejn l-omm ippreferit li tmut hija biex tkun salvata t-tarbija tagħha. Imma dawn ma jiġux iġġudikati minn xi liġi imma mis-sens komun u din il-prassi ilha magħna żmien. Mhux ser insemmi ismijiet imma hemm każijiet ta’ persuni li spiċċaw illustri u għamlu ġieħ lill-pajjiżna u dawn twieldu għaliex l-omm ħadet id-deċiżjoni li tmut hija biex issalva t-tarbija tagħha. Kien hemm każijiet oħra fejn fl-aħjar interess ġiet salvata l-omm u mhux it-tarbija.
B’hekk ma nistax nifhem għala l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qed jitlob kjarifiċi. Il-ministru talab kjarifiċi wara l-każ ta’ din l-Amerikana. Hu ċar li l-ministru ma għandux għalfejn jitlob dawn il-kjarifiċi. Infakkar li ħadd ma tressaq il-qorti fuq xi ħaġa bħal din. Fuq kollox, wieħed jistaqsi kemm dan il-protest ġudizzjarju magħmul mit-tobba favur l-abort għandu piż?
F’dan kollu, li persuna li baqgħet kostanti hija Edwin Vassallo li qatt ma ddejjaq jivvota mall-prinċipji li jemmen fihom anki jekk taħt Bernard Grech, din swietlu l-karriera politika tiegħu għaliex il-magna tal-Partit Nazzjonalista ħadmet kontra tiegħu.
Dak li jista’ jingħand li fil-preżent, fil-grupp Nazzjonalista, hemm minn qiegħed jitkellem ċar. Fost dawn insibu lil Ivan Bartolo tal-Mosta, lil Adrian Delia, lil Carm Mifsud Bonnici, lil Rebecca Cilia u Jerome Caruana. Anki Ivan Bartolo tas-6 pm, Robert Cutajar ju Graziella Galea urew il-preokkupazzjonijiet tagħhom.
Dan is-sit jinsab infurmat li fil-laqgħat li kien hemm tal-grupp parlamentari, fejn fiha ġiet diskussa l-liġi tal-IVF, kemm Delia, Cilia, Mifsud Bonnici, Caruana, Galea u żewġ Bartlijiet u preokkupazzjoni tagħhom.
B’hekk wieħed jistenna li dawn id-deputati jkunu fost dawk li jitkellmu ċar meta l-Ministru Fearne iressaq l-emendi jew kjarifiċi li qal li jrid jressaq. Dak li hu żgur huwa li dawn id-deputati Nazzjonalisti qed jidhru li huma l-aktar deputati pro-life.
Nghidha u nibqgha…. Jekk il pn jara li ghandu cans jahtaf Il poter , idur kollu kemm hu favur l’abort ….. ezempju car ? : Metsola kif daret mal karru Tal abort ghall karriera taghha! Punto e basta 😡