Il-Kap tad-Dipartment tal-Midwifery fl-Universita’ Malta xxejjen l-allegazzjonijiet tal-mara Amerikana

Il-Kap tad-Dipartiment tal-Qwiebel (Midwifery) fl-Universita’ ta’ Malta, Dr. Josephine Attard, li żgur hija persuna ntiża sew f’dan is-suġġett għaliex anki tgħallmu l-Universita’, għamlet kumment fis-social media rigward il-kawża li din il-kopja Amerikana trid tiftaħ fil-qorti. Dr. Attard għamlet il-kumment tagħha bl-Ingliż fejn qalet ċar li fil-każ tal-kawża li din il-koppja Amerikan trid tiftaħ għaliex qalet li setgħet ħadet infezzjoni kollox hu bbażat fuq il-kieku. Hija ġabet l-eżempju li kieku kienet miljunarja tagħmel differenza milli hi verament miljunarja. Hija kompliet tgħid u din taħdem u tgħallem is-settur, li kieku kellha infezzjoni t-tobba kienu jintervenu. Fuq kollox ir-riskju ta’ infezzjoni fl-isptar jeżisti dejjem. Dan hu l-kumment ta Dr. Josephine Attard, li hija l-kap tad-Dipartiment tal-Qwiebel fl-Universita’ ta’ Malta.

here is a big difference between ‘could have had an infection and actually having the infection. To better understand ‘ I could have been a millionaire’ rather than actually be a millionaire – big, big difference. Regarding the case, if she had the infection doctors would have intervened. Yes, she could have an infection which is a risk of any pathology but she didn’t have an infection and so no intervention was required. That’s why going to court as was announced stands a major chance of losing the case hence waste of time and money.

Imma dak li hu l-aktar importanti li dan il-kumment ta’ Attard ġie kkonfermat minn omm li kellha tqala diffiċli. Din l-omm għaddiet kumment dwar it-tqala diffiċli tagħha taħt artiklu li kien ippubblikat f’dan is-site tiegħi. Minħabba li dan hu kumment ta’ omm li jikkonstitwixxi esperjenza personali qed inġibu hawn għaliex jikkonferma dak li qalet Dr. Attard.

Qed jintqal li din rat id-demm. Jien għamilt 8 xhur nara d-demm fl-ewwel tqala tiegħi, u bil-għajnuna t’Alla, it-tarbija twieldet b’wiċċu il-ġid. Kelli tqala oħra, fejn rajt ħafna iktar u korrejt. Kelli bżonn ħafna trasfużjoni ta demm,imma ma mietx. Jien naraha skuża din biex jiddaħħal l-abort.”

Dan hu kumment li juri l-livell għoli li għandna f’Malta f’dik li hija kura tas-saħħa fejn mhux biss it-tarbija ġiet salvata imma l-omm. S’issa l-gvern għadu ma tax każ wieħed li omm mietet. Kollox ibbażat fuq il-kieku jew xejn fuq il-kien. Imma kif kienet tgħid ommi “il-kieku u l-kien qatt ma jitlaqgħu flimkien“. L-istat Malti jrid jiġġustifika kollox fuq il-kieku. Fih innifsu, il-kieku ma jirrappreżentax il-verita’. Ma fih xejn veritier imma kollox finzjoni (fiction). Il-liġi u l-azzjoni trid tibbaża fuq il-kien jiġifieri fuq il-fatti li veramanet ġraw. Mela l-kien jibbaża fuq is-sewwa, jew aħjar fuq il-verita’ storika. Dan hu magħruf bħala “the historical truth”.

Dan l-argument li qed nassistu għalih fuq l-abort huwa kollu mibni jew prodott tal-kultura “woke” li ddaħħlet f’pajjiżna. Din il-kultura hija mibnija fuq il-kieku u mhux fuq il-kien jiġifieri fuq dak li verament ġara, imma dak li wieħed jaħseb li ġara jew li kien ser jiġri.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *