Biex tintrebaħ il-ġlieda kontra l-abort, dawk favur il-ħajja jridu jingħaqdu u jneħħu l-egos tagħhom
Dan hu messaġġ qawwi li ħalla l-kittieb John Spiteri Gingell fuq il-Facebook page tiegħu issa li jidher ċar li bdiet il-kampanja favur l-abort, kampanja li hija ffinanzjata minn barra. Spiteri Gingell kiteb hekk:
“Il-gwerra għall-abort issa bdiet formalment. Il-kampanja ta’ qerq u gideb ilha tinħema u issa qed tiżdied b’mod sistematiku fuq strategija maħmuma u wisq probabbli iffinazjata minn barra pajjiżna sabiex din l-abonimazzjoni tgħaddi mit-tieqa minflok mill-bieb, għax mill-bieb jafu li ma jistgħux jgħadduha għax għall-grazzja t’Alla, il-maġġoranza assoluta tal-Maltin ta’ kull konvizzjoni politika għadhom kontra l-qtil tat-trabi. Il-pjan tagħhom huwa ċar daqs il-kristall. Ironikament fl-istess ġimgħa li l-qrati supremi tal-Istati Uniti ddikjaraw bl-aktor mod skjett li ma jeżisti l-ebda dritt awtomatiku għall-abort, u li l-kwistjoni tal-abort hija ta’ tali natura li jista’ jiddeċidiha biss il-poplu u l-leġislaturi tiegħu, f’dan il-pajjiż għandna minoranza assoluta iżda voċiferuża u ffinanzjata tajjeb u mgħejjuna bil-kbir mill-media liberali tal-ħara li għadna li ser tipprova ddaħħal l-abort permezz tal-qrati għax taf li mhux ser jirnexxielha jekk tipprova b’mod demokratiku. Issa la dawn il-gruppi iddikjaraw din il-gwerra, huwa dover tiegħi li nidħol għaliha bi ħġari u ninvesti f’din il-kawża kull m’għandi, l-enerġija, is-saħħa u l-intellett fit-totalita tagħhom.
Ma nistgħux nibqgħu gallerija jekk aħna nemmnu fil-verita’ u fil-ġustizzja. Ma nistgħux nibqgħu ċiċċi beqqi quddiem dan il-ħażen tant profond li jridu jimponu fuqna kontra r-rieda tagħna. M’aħniex ser inċedu. Jien mhux ser inċedi żgur. Issa hemm bżonn li fostkom ukoll tqumu minn hemm. Tassumux li ser ikun hemm min ser jiġġieled din il-gwerra għalikom. Jekk temmnu li l-abort huwa ħażin, jgħidu x’jgħidu dawk li jużaw kull forma ta’ sofistrija, semantika u ultimament gideb, allura agħtu sehemkom ukoll. Tkellmu apertament inkella tkunu kompliċi.
X’jiswa’ li tmorru quddies kuljum imbagħad tibqgħu siekta? Lilkom Alla ser iżommkom kontabbli wkoll, partikolarment jekk tibqgħu siekta. Mhux nies bravi għandna bżonn iżda nies ta’ kuraġġ. Bravi hawn kemm trid. Ta’ kuraġġ tgħoddom fuq id waħda. Mela tkunx int il-goddard. Dawn ilhom jaħdmu fis-satra minn wara dahrna jippjanaw x’ser jagħmlu iżda b’daqshekk ma jfissirx li m’għandniex ċans nirbħu din il-battalja. Iżda biex nirbħuha hemm bżonn li aħna ukoll irridu nkun ‘għaqlin bħas-sriep’, jiġifieri rridu inkunu koerenti fil-messaġġ tagħna u aħna ukoll hemm bżonn li nimxu bi strateġija.
F’dan il-pajjiż hemm ħafna forzi favur il-ħajja, iżda ftit teżisti koordinazzjoni bejniethom. Hemm nuqqas SERJU ta’ strateġija u ħafna egos involuti. Kulħadd irid jidher li hu s-salvatur. Jekk din il-gwerra rridu nirbħuha, dan kollu jrid jitwarrab, u kulħadd għandu bżonn jissottometti ruħu għall-kawża. L-egos personali jridu jindifnu u din il-battalja mhux qiegħdha hemm biex nirbħu vot jew biex xi ħadd jgħidilna prosit jew biex ngħidu li aħna favur il-ħajja aktar minn ħaddieħor. Din il-battalja trid tiġi miġġielda għax hi ġusta għax jekk tintilef ser ikun hemm riperkussjonijiet li għadna lanqas nimmaġinaw.
Kulmin jidħol għaliha jrid jidħol għaliha f’dan l-ispirtu u xejn iżjed. Irridu nkun umli għax ma teżistix kawża aktar ġusta fid-dinja minn dik kontra l-abort. Issa tridu tiddeċiedu; jew miegħu jew kontra tiegħu. M’hemmx triq tan-nofs. Jekk miegħu, komplu segwuni għax fuq din il-kawża jien għadni ser nibda għax issa qażżuli għajni bl-argumenti bażwin u bil-qerq u l-gideb li ma tridx wisq sforz biex tesponih. Qażżuli għajni bis-suppożizzjoni li jien b’xi mod irrid nissottometti ruħi għall-medjokrita’ tagħhom. Qazzuli għajni bil-presunżjoni tagħhom li huma xi nies sofistikati u avvanzati meta m’hemm xejn aktar primittiv u barbaru mill-qtil tal-innocenti. Qażżuli għajni jassumu li jien ser noqgħod għalihom.“
Jiena kontra il qtil asolut dawn qedin jitkelmu b dan il mod fuq trabi ghaliex trabi mandomx vuci pero min veru jemen li il hajja ta trabi ghanda tiqba tejx u ghal l ebda cirkostanzi ma ghanda tinqatel ghandu johrog bi hgaru jigiled biex tarbija tiqba tejx u l ebda abort ma sir.Grazzi
Il kampanja favur l’abort bdietha Metsola minhabba Il karriera taghha
jien kontra l abbort all out.Le ghal qtil ta trabi innocenti