Fid-dibattitu tal-abort, Joseph Muscat qed jiżloq fin-niexef
Joseph Muscat ġie rrappurtat mill-Lovin Malta fejn qal li l-istat ma għandux jindaħal fuq l-abort imma din hi deċiżjoni tal-mara jew aħjar biex inkun eżatt ma’ kliemu, din hija deċiżjoni tal-omm. Mhux ser nidħol fl-argument tal-abort fih innifsu, biss dan l-argument iwaqqa’ dak kollu li kien jgħid Muscat dwar l-ugwaljanza. Fejnha l-uġwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa?
Ejja għal mument naqblu fuq l-abort. Mela skont dan l-argument, meta niġu għall-abort ma hemmx ugwaljanza għaliex il-mara jew l-omm trid tagħżel. U mbagħad x’ser jiġri mir-raġel jew il-missier? Dan ma għandux dritt għall-opinjoni tiegħu?
L-argument f’dan il-qasam hu li l-mara qed tkun użatha bħala inkubatur meta ma tkunx qed tingħata d-dritt tal-abort. Dan hu argument qadim ħafna li nsibuh diskuss fil-medju-evu meta kienet qed tkun ifformulata t-teorija teoloġika tal-Immakulata Kunċizzjoni. L-argument kien jekk il-Madonna kienetx “vas” jiġifieri kontenitur meta ġarret lil Kristu f’ġufha meta skont San Luqa dan sar mingħajr intervent ta’ raġel. Illum qed naraw l-istess argumenti medjovali jintużaw fid-dibattitu tal-abort. Ara hemm ma ngħidux li morna għall-argument li hu qadim daqs il-brodu! Illum dawn l-argumenti kollha jirriflettu r-relattiviżmu ta’ żmienna, dak li George Orwell sejjaħ bħala doublespeak.
Imma hemm aktar marbut ma’ dan l-argument minn doublespeak, jiġifieri lingwaġġ ambigwu u jinbidel skont il-bżonn. Dan għaliex Joseph Muscat għamel it-tieni argument li hu aktar perikoluż mill-ewwel wieħed. Muscat qal li l-istat ma għandux jindaħal fuq il-kwistjoni tal-abort. Din hija materja li tmiss biss l-omm. Jekk wieħed jaċċetta dan l-argument ta’ Joseph Muscat li l-istat ma għandux jindaħal fuq l-issue tal-abort, mela l-istat l-anqas għandu jindaħal fuq issues oħra. L-istat illum jindaħal lill-ġenituri x’jiġu mgħallma it-tfal tagħhom fl-iskejjel. L-istat jindaħal lill-ġenituri li jridu bilfors jibgħatu t-tfal tagħhom l-iskola. L-istat jindaħal jekk xi ġenitur imur sesswalment ma’ uliedu li huma taħt l-eta’. Jekk l-istat ma jindaħalx fuq materja tat-tqala l-anqas għandu jindaħal fuq materji oħra. Argument bħal dan minn Muscat iwassal biss għall-anarkija.
Ma nistgħux ngħidu li l-istat ma għandu jindaħal lil ħadd x’jagħmel jew x’jiddeċidi f’materji ta’ sesswalita’? Fuq kollox jekk l-istat ma jistax jiddeċidi fuq materji marbuta mas-sess, l-anqas għandu jiddeċiedi fuq materji oħra. Sa mill-bidu tat-tnissil tal-istat, l-istat ma jistax ikun selettiv, fejn jindaħal u fejn le.
Jien kont wieħed mill-ftit kritiċi tal-gvern ta’ Muscat bejn 2013 u 2017 minħabba appuntu din is-selettivita’ li daħħlet lil Malta fil-ħajt. Mhux ta’ b’xejn li taħt it-tmexxija ta’ Joseph Muscat, inħolqot f’Malta atmosfera ta’ impunita li wasslet biex pajjiżna daħal fil-lista l-griża u mhux ta’ b’xejn li din l-attitudni ta’ Joseph Muscat wasslet għat-tmiem tiegħu qabel iż-żmien mill-politika.
Dan hu riżultat ta’ selettiżmu politiku.
Din hija xi ħaġa li anki l-Laburisti ġenwini, fil-fond ta’ qalbhom jammettu. U dan il-ħsieb imur oltre mid-dibattitu fuq l-abort! Fuq dan il-punt Joseph Muscat żelaq fin-niexef.
use a condom and there is no need for abortion.
Jien bhala nisrani u irrid naghti kont lill HALLIEQ DIVIN naghmel
biss dak li il mexxejja tal KELMA TIEGHU jighduli bhal nsara. Nirrepeti mhux kif jahsbuwa huma personali bhala sacerdoti, iizda xi tighd il kelma al HALLIEQ DIVIN.