Il-faux pas ta’ Roberta Metsola

F’dawn il-jiem, Roberta Metsola għamlet dak li bil-Franċiż jissejjaħ faux pas. Dan hu terminu li jintuża meta persuna tagħmel azzjoni li jirriżulta li tkun ħażina għaliex twassal biex toffendi lin-nies. U dan hu dak li ġralha Metsola bl-istqarrija li għamlet. Imbarazzat lill-Partit Nazzjonalista u tat ċans lil dawk li huma kontra l-Partit, fosthom Rosianne Cutajar biex tatha ħasla papali u qaltilha li issa ġiet fuq in-naħa tagħha waqt li għajritha ipokrita li biddlet il-fehma tagħha fuq suġġett daqshekk importanti.

F’daqqa waħda numru ta’ nies li kienu warajha mill-ewwel ġurnata ddarsu bl-ikrah bil-kumment ta’ Metsola. Imma issa li ħarġet daqshekk fil-beraħ, din issa qed tissogra li ser tbati fl-elezzjonijiet Ewropej. Jekk joħroġ xi kandidat f’isem il Partit Nazzjonalista u juri b’konvizjoni li hu kontra l- abort jaf jagħtiha hard time.

U naħseb li Metsola stess indunat għaliex fir-risposta li tat lil Rosianne Cutajar ippruvat toħroġ mill-bawxata li daħlet fiha. Infatti, jekk wieħed jaqra l-kummenti tal-pubbliku fuq il-media soċjali tal-gazzetti suppost indipendenti, bħat-Times u l-Malta Today, il-maġġoranza tagħhom huma kontra l-abort.

U hekk nahseb li hu il-poplu Malti. B’din tal-abort, il-Partit Nazzjonalista kompla daħal fi sqaq waqt li l-Partit Laburista, li fejn jaqbilu jsejjaħ lilu nnifsu progressiv qiegħed sitting on the Fence.

B’hekk issa li ħareġ ċar il-veru kulur ta’ Roberta Metsola – li hija favur l-abort – jekk joħroġ xi kandidat b’saħħtu li hu kontra l-abort jagħtiha sfida kbira. U Metsola, dan il-fatt tafu sew tant li is-Sibt li għadda organizzat party kbir ta’ propaganda ġewwa l-Barrakka ta’ Fuq għall-attivisti Nazzjonalisti anki jekk l-elezzjonijiet Ewropej għadhom qed jidhru li huma l-bogħod.

One thought on “Il-faux pas ta’ Roberta Metsola

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *