L-OHSA twaqqa’ l-kawża li fetħet kontra omm id-Deputat Alex Borg

Dalgħodu, l-OHSA waqqgħet il-kawża li fetħet kontra omm id-deputat Nazzjonalista Alex Borg. L-OHSA hija l-awtorita’ risponsabbli mill-ħarsien u s-sigurta’ fuq il-post tax-xogħol. Omm id-deputat Nazzjonalista ġiet mixlija b’negliġenza f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sigurta’ fil-qorti ta’ Għawdex. Omm id-deputat Alex Borg, Mary Debono Borg hija d-Direttur Ġenerali tal-Qrati ta’ Għawdex. Din ma nfetħitx kontra Mary Debono Borg fil-kapaċita’ tagħha ta’ Direttur Ġenerali imma fil-kapaċita’ personali tagħha.

F’kumment, li Alex Borg ħalla fuq il-media soċjali huwa kiteb

“Iż-żejt dejjem jitla’ f’wiċċ l-ilma!

Kemm hu sew li ma nagħġlux f’deċiżjonijiet li jistgħu iweġgħu, basta nkunu pruvajna nagħmlu ħoss…

Grazzi lil kull min tul dawn l-aħħar ġimgħat ċemplilna, kellimna u kien ta’ kuraġġ! ❤️

Infakkar li dan is-sit kien l-ewwel media li wriet minn verament kien l-persuna akkużata f’dan il-każ.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *