Il-lejla ser jiltaqa’ l-grupp parlamentari Nazzjonalista biex jerġa jiddiskuti l-liġi tal-IVF
Il-lejla, anzi minn hawn u ftit ieħor ser ikun hemm laqgħa oħra tal-grupp parlamentari Nazzjonalista. F’din il-laqgħa mistennija tkun diskussa mill-ġdid il-liġi tal-IVF u mistennija li l-PN jagħmel u-turn oħra. Infakkar din il-liġi qed tkun diskussa fil-Parlament u ġa għaddiet minn dak li jissejjaħ it-tieni qari bil-PN jivvota favur tagħha. Dan wassal, ġustament għal ħafna kritika kontra l-PN. B’hekk ser issir din il-laqgħa biex ikun diskuss x’emendi l-PN għandu jressaq. Issa hemm membri fil-grupp li qed jinsistu li jekk il-gvern ma jaċċettax l-emendi li jrid iressaq il-PN, il-membri parlamentari għandhom jivvutaw kontra din il-liġi. B’hekk il-Gvern jaqbillu li ma jaċċettahomx ħalli jġiegħel l-PN jidher li issa qed jivvota kontra din il-liġi meta fit-tieni qari vvota favur. Dan ifisser li l-PN jkun qed jidher li għamel u-turn oħra fuq l-istess liġi. Dan ikompli jikkonferma n-nuqqas ta’ strateġija fil-PN u missu mill-ewwel wera d-disapprovazzjoni tiegħu għal ċertu klawsoli u għamilha ċara li jekk ċertu klawsoli ma kienux ser jitneħħew jew jinbiddlu, il-PN kien ser jivvota kontra.
Infakkar li lbieraħ l-isqof awżiljarju Joe Galea Curmi ppubblika ittra fejn fiha ħadha qatta bla ħabel kontra din il-liġi tal-IVF u kontra dak li ġie vvutat s’issa fil-parlament. Dan wassal biex fil-PN tkun mill-ġdid miftuħa d-diskussjoni dwar il-mod kif il-grupp parlamentari Nazzjonalista ser jivvota fit-tielet qari tagħha.