X’tfisser din il-ħatra tal-Aġent president

Lil Frank Bezzina nafu l-universita’. Qatt ma tkellimna biss nafu bħala professur tal-affari tiegħu. Qed ngħid dan għaliex dak li ser inkun qed ngħid mhux bi kritika kontra tiegħu imma biex wieħed jifhem eżattament x’ġara f’din l-għażla tiegħu bħala Aġent President.

Jekk wieħed isegwi eżattament l-istorja tal-presidenza, wieħed isib – u din hija xi ħaġa pubblika, li f’mument minnhom, Eddie Fenech Adami kien ikkontempla li jagħmel lil Olivier Friggieri President. Olivier Friggieri kien bniedem ta’ statura Nazzjonali u kien mitqies qrib il-Partit Nazzjonalista. Imma l-punt hawn qiegħed li għall-ewwel darba kellna akkademiku li qed jissemma’ għall-presidenza imma li mhux politiku. Mela Eddie Fenech Adami ried jagħmel president persuna li hija qrib il-partit Nazzjonalista imma li mhix politika. Din il-proposta għolliet l-istatura tal-presidenza.

Issa ġara li Robert Abela ppropona akkademiku u wassal biex qiegħdu għall-post ta’ aġent president. Sa hawn din tista’ tidher bħala tkomplija ta’ dak li kien beda Fenech Adami. Imma dan mhux il-każ. Il-problema mhux fl-għażla tal-persuna imma fil-mod kif saret il-prosposta. Normalment il-president jintgħażel mill-gvern. Naf li issa ser ikun hemm emendi għal dan. Imma l-aħħar president intgħażel mill-gvern u l-għażla sabet l-appoġġ tal-Partit Nazzjonalista. Imma jibqa’ li Ġorġ Vella ġej mill-kamp Laburista. Mela l-għażla tal-aġent president kienet qed tiġi mill-kamp tal-Oppożizzjoni. Din id-darba dan inkiser għaliex il-gvern għażel aġent president li ġej mill-kamp tiegħu stess.

Fuq kollox f’din għażla, l-istess gvern ta daqqa ta’ ħarta lill-proposta ta’ Joseph Muscat li ħareġ jgħid li fil-presidenza għandu jkun hemm alternanza tas-sessi jiġifieri darba jkollna president raġel u darba oħra mara. Għall-inqas meta kien hemm Dolores Cristina, l-aġent president kienet mara. Issa l-għażla tal-aġent president saret mill-gvern u dan il-gvern li jiftaħar tant li hu progressiv u gvern tal-ugwaljanza pprefera raġel flok mara b’hekk fl-għola istituzzjoni spiċċajna b’żewġ irgiel minn gvern li hu progressiv!

Imma hemm aktar f’din l-istorja minn hekk. Hemm minn qed jargumenta li l-gvern poġġa lil Frank Bezzina biex jinqeda bih għal meta jkollu bżonn. Kulħadd jaf fejn qiegħed mal-President tal-lum, Dr George Vella. Il-Gvern jaf li jekk iressaq quddiemu xi liġi li tmur kontra l-valuri tiegħu ma jiffirmahiex. Allura tpoġġa xi ħadd biex jekk ma jiffirmax Dr Vella jiffirma hu meta jkun jinzerta fuq it-tron?

Issa hawn jinsab l-iżball tal-oppożizzjoni. Waqt li nifhem li wieħed jibgħat ittra uffiċjali, nifhem ukoll li jekk ma ssirx tweġiba, xorta din ma tiġġustifikax l-għażla. Il-gvern żgur jaf li Dr. Bernard Grech għandu storja warajh, bħala avukat fil-qorti li ma jiktibx it-tweġibiet f’isem il-klijenti tiegħu fil-ħin jew qatt ma jwieġeb. Jidher li l-gvern rikeb fuq dan il-fatt u sallab lil Dr Bernard Grech u miegħu ssallbet l-oppożizzjoni.

Żgur li din tmur mal-ħafna nuqqasijiet li sa issa sirna nafu bihom magħmula mill-Partit Nazzjonalista. Ma aħniex ngħidu li għaddew ġurnata jew tnejn u forsi ma kienx hemm ċans ta’ diskussjoni nterna jew neċessarja. Hawn kienu għaddew tliet ġimgħat u Bernard Grech baqa’ ma wieġibx. Dan qed juri li l-prim ministru qed jibqa’ għaddej fuq l-oppożizzjoni u din l-oppożizzjoni aktar ser tkun qed tisfaxxa mal-medda taż-żmien.

2 thoughts on “X’tfisser din il-ħatra tal-Aġent president

  1. “Dan qed juri li l-prim ministru qed jibqa’ għaddej fuq l-oppożizzjoni …” Ma naqbilx ma dan il punt. Nahseb qed tipprova tigustifika inKompetenza u traskuragni ta Kap ta oppozzizjoni. Ma nahsbiex li lis stat ghand jistenna risposta ta Iva jew Le min ghand bniedem inkompetenti ghal aktarmin 3 gimghat

  2. ajust fail to understand why you mentioned Fenech Adami and failed to mention Dom Mintoff who appointed Sir Anthony Mamo who was in my view the best president Malta has ever had. This goes to show the bias of whoever wrote this article.
    tks and regards
    Pinu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *