Is-sindku ħabrieki tal-Qala’ jtella post dwar kif jixtieq jara Ħondoq ir-Rummien: riserva naturali kollha siġar
Is-Sindku tal-Qala’, Paul Buttigieg, tella’ messaġġ li hu għamel dwar Ħondoq ir-Rummien fuq il-Facebook wall tiegħu. Hu jixtieq jara Ħondoq ir-Rummien riserva naturali bħal ma hemm fil-Canale Monterano li ma’ dan il-post sar ġemellaġġ mill-lokalita’ tal-Qala’. Is-Sindku Buttigieg għadu kif mar f’din il-lokalita; u anki iltaqa’ mad-Direttur ta’ dan il-park. Hu jixtieq jara f’Ħondoq ir-Rummien riserva naturali bħal din ta’ Monterano u mhux blokok ta’ konkrit, jiġifieri jara Ħondoq ir-Rummien kollu siġar.
Dan hu l-messaġġ li għamel is-sindku fejn qal li ilu għoxrin sena jistenna li jagħmel l-Ħondoq riserva naturali.