Imur jisraq dak in-nhar stess li ħareġ mill-ħabs: konferma oħra li r-reabiliazzjoni fil-ħabs, minn mindu telaq Dalli, falliet
Il-ġurnali f’dawn il-jiem tawna l-istorja li raġel instab mejjet fil-Qawra. Wara ħareġ li dan miet wara li waqa’ waqt li kien qed jagħmel serqa. Dak li l-media mhux qed tgħid li dan ir-raġel, li jismu Ludvic Camilleri, kien għadu ħiereġ mill-ħabs u hekk kif ħareġ, l-ewwel ħaġa li għamel kienet dik li mar jisraq. Litteralment kien għadu kif ħareġ mill-ħabs meta mar iwettaq is-serqa għaliex hu ħareġ fl-20 ta’ Ġunju. Issa dan kien fil-ħabs matul iż-żmien li l-ħabs ma baqgħax imexxi Alex Dalli, anki jekk kien daħal qabel ma spiċċa l-istess Dalli.
Issa nixtieq infakkar li waħda mir-raġunijiet li nġabet għala tneħħa Alex Dalli kienet li fil-ħabs ma kienetx qed isseħħ reabilitazzjoni tal-priġunieri. Issa għandna każ ta’ priġunier li kien fil-ħabs wara li tkeċċa Alex Dalli. Suppost wara t-tkeċċija ta’ Dalli, il-ħabs sar ċentru ta’ riabilitazzjoni. Tant kemm dan l-iskop intlaħaq, il-persuna li kienet il-ħabs u ħarġet, dak in-nhar stess li ħarġet marret tisraq u tidher li ġietha ħażin għaliex waqgħet u mietet.
Mhux qed ngħid dan il-kliem għaliex nixtieq id-deni fuq in-nies u l-anqas għaliex ħadt xi pjaċir b’li ġara. Biss waqt li kull individwu għandu d-dinjita’ tiegħu, ma jistax jiġri, kif ġara, li biex titkisser persuna li kienet qed tagħmel il-ġid fil-ħabs, jintużaw priġunieri li l-media tpinġihom bħala eroj u llum nafu li dawn baqgħu deħlin u ħerġin il-ħabs, għaliex anki ma dawn il-priġunieri, jidher li r-reabilitazzjoni qed tfalli. Imma issa, il-media ma trid tgħidilna xejn dwarhom. Kemm insemmi wieħed li deher fil-media u ngħata exposure kbir minħabba li kien jitkellem kontra Alex Dalli. Dan reġa’ spiċċa fil-ħabs u ħareġ ukoll ftit ilu. Mela anki hawn jidher li r-reabilitazzjoni li tant l-media qalulna li ser ikollna ħabs jimxi fuq ir-rubini, hekk kif tkeċċa Dalli, falliet.
Imma l-aqwa għall-Gvern, il-ħabs qiegħed jerġa’ jinfaqa’ bid-droga. Verament għat-traffikanti tad-droga, il-ħabs qed jerġa’ jsir l-aqwa żmien!