L-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan jikteb messaġġ qawwi lil bintu li ser tibda’ programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga

Dan is-sit jinnota bi pjaċir il-kuraġġ u l-istamina ta’ Frank Zammit, l-ambaxxatur Malti għall-Vatikan li tkellem dwar problema li qed tolqot ħafna familji. It-tifla tiegħu hija vittma tad-droga u issa ser tibda programm ta’ riabilitazzjoni minn dan il-vizzju. Dan hu l-messaġġ sabiħ li kiteb Zammit li għandu jkun ta’ ispirazzjoni għal dawk il-missierijiet u ommijiet li għaddejjin minn dawn it-tip ta’ problemi. Zammit beda biex qal hekk;

“Jien is-soltu nikteb mgħaġġel imma din il-post ħaditli siegħat bejn nirtogħod u bejn bil-biki biex lestejtha,

Minn din il-post, nixtieq nawgura success kbir lil binti Francesca li fiż-żmien fil-programm li ser tkun qed issegwi biex tfieq mil-vizzju tad-droga.“.

U kompla jikteb hekk.

Ħbieb tiegħi, ħafna minnkom tafu l-qoxra biss tiegħi. Fl-aħħar snin l-kriżi li ħakmet lill-bintna Francesca ħafna drabi kienet qed twaqqa’ l-moral tal-membri tal-familja kollha. Mhux qed nitkellem b’egoizmu għalina personali iżda ma tistax ma taqsamx qalbek meta tara tifla b’potenzjal għoli li ma tkunx qed tagħraf u tieħu lezzjoni mil-waqgħat tagħha.

Kienet trawma kbira fuqi personalment, jien li f’ħajti kollha qatt ma ħadt nifs ta’ sigarett aħseb u ara sustanzi perikolużi.

Ma kienx żmien faċli għalina lkoll. Fattur li lili għeni ħafna kien il-fidi f’Ġesu’ u li s-sofferenza fil-ħajja tagħna jekk noffruha ‘l Alla jkollha relevanza kbira. Jitkellem tajjeb ħafna dwar dan il-punt San Ġwanni Pawlu II “Il-Kbir” fl-ittra appostolika tiegħu “Salvifici Doloris” ta’ Frar 1984. Meta s-sofferenza ta’ kuljum ma tiddispranix anzi nitgħallmu nagħmlu ġid biha allura dan il-fatt jikkalmak ħafna u ħafna d-drabi dak li elfejn sena ilu kellu bżonn liċ-Ċirinew biex iġorr salibu, jispiċċa hu ċ-Ċirinew tagħna f’ħajjitna.

F’dawn is-snin kellna ħafna tamiet imma kull meta t-tifla waqgħet ħassejna ħafna għaliha u ġieli jgħaddilek ħsieb minn moħħok li din il-marda li tibda fl-ispiritwalita’ tal-individwu ma jkunx hemm tama li l-vittma tagħha toħrog minnha.

Nagħmel kuraġġ lil ħafna familji li jinsabu għaddejjin mill-istess weġgħat li għaddejjin aħna minnhom biex jinsew lilhom innifishom u jagħtu kull prijorita’ lill-vittma ta’ dawn l-użu tas-sustanzi perikolużi. Dawn ikollhom bżonn dedikazzjoni u paċenzja kbira u l-anqas ħaġa li jkollhom bżonn huwa s-sebgħa tal-ġudizzju ppuntat lejhom.

Ngħinuhom bħal ma għamel is-Sammaritan it-tajjeb, bħal missier tal-iben il-Ħali u bħal ma jiddefendi lin-nagħaġ tiegħu ir-Ragħaj it-Tajjeb. Kull livell inqas minn hekk mhux biżżejjed!

Ikollhom bżonn ukoll ħafna talb.

Ħbieb tiegħi għejnu lil Francesca anke billi tiftakru fiha b’xi talba li għandha bżonn ħafna u anke b’sinjali ta’ kuraġġ anke b’kitbitkom f’dan il-post.

Illum ukoll ħadt lil Francesca għand Patri Elija Vella li ta ħafna pariri siewja u anke talab fuqha.

Francesca ser timpenja ruħha biex toħroġ minn din is-sitwazzjoni ħalli terġa’ tintegra ruħha fil-kuluri kollha tal-ħajja.

Fuq kollox nitlob lis-Sinjur Alla jidħol fil-ktieb ta’ ħajjitha, jbierek l-affarijiet tajbin li wettqet s’issa u jħassar minnha kull ħaġa li tbegħda Minnu. U jtiha s-saħħa sabiex toħroġ minn kull influwenza negattiva!

Nitlob ukoll lis-Sinjur Alla li jaħfer lil binti kull meta naqsitni. Mhux jaħfer anzi jinsa qisu l-affarijiet ma seħħu qatt!

Ejjew ngħinu lil Francesca u żgħażagħ oħra bħalha li jitolbuna nitfghulhom ċattra ħalli jsalvaw mill-ħalel tal-mewġ li jkunu mkissra fihom.

Ħbieb fil-problema kuraġġ. Intom id-deheb tagħna u d-deheb biex jisbieħ irid jgħaddi minn-nar!

Francesca, kuraġġ, aħna nħobbuk! ❤🌹❤

Minn din is-sit, aħna nawguraw kull success lil bintu Francesca.

7 thoughts on “L-Ambaxxatur Malti għall-Vatikan jikteb messaġġ qawwi lil bintu li ser tibda’ programm ta’ riabilitazzjoni mid-droga

  1. I have full faith in the Divine Mercy and May it be with you , your family and Francesca

  2. I have full faith in the Divine Mercy and May it be with you , your family and Francesca , so take courage and with faith healing will take place

  3. Il grazzja tal Hanin Alla tghin lil din il familja u familji ohra fl istess sitwazzjoni, biex jibqghu maqghudin, anzi jissahhu aktar, biex flimkien mal gheziez taghhom vittmi tad droga, jiggieldu b’success dan l vizzju.
    Fit talb taghna. ❤

  4. Mulej int kollok hniena u mhadda, henn ghal din it tfajla biex tohrog mil dil mishuta problema.

  5. keep strong frank as afather and as agood soul … i m pretty sure she will find the professional help indoors and she will succeed for our society gain and future help and love you all deserve . always in our prayers .god bless

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *