Il-media tal-Knisja toħroġ tiddefendi eks-kandidata abortista tal-Partit Nazzjonalista

Ma nafx jekk għandix nidħak jew nibki. Il-kandidata li hija fil-miftuħ favur l-abort qalet li ġiet imwarrba fil-PN, meta l-PN taħt Bernard Grech hu all out (fil-magħluq) favur l-abort. Kull min għażel Bernard Grech madwaru huma kollha favur l-abort ibda minn Christian Peregin u spiċċa bil-ħabiba ta’ Emma Bonnici Portelli, Martina Caruana. Biex ma nsemmgħux ukoll lil Alessandro Farrugia li ħareġ jgħid fil-pubbliku li hu favur l-abort. Dawn kienu n-nies flimkien ma’ Ray Bezzina u Jeremy Gingell li kienu qed jagħmlu l-politika fil-Partit Nazzjonalista. Nifhem li issa dawn kważi kollha telqgħu u b’hekk Emma Portelli Bonnici qed tħossha kif qed tħossha.

Il-verita’ hija li l-votant Nazzjonalista qallha le lil Emma Portelli Bonnici. Dik hija deċiżjoni tal-votant Nazzjonalista. Infakkar li din Emma Portelli Bonnici kienet irrappurtat numru ta’ Nazzjonalista li huma mid-distrett li fuqu ħareġ għall-elezzjoni u dawn ġew m’għajta d-depot għax qalet li hedduha. Imma li tgħid li Bernard Grech warrabha hija espressjoni li ma tistax titwemmen meta l-amministrazzjoni kienet u għadha kollha warajha.

Imma id-daħqa qegħda hawn. L-aktar li qed jiddispjaċihom li Emma Bonnici Portelli ma telgħatx hija l-media tal-Knisja Kattolika. Li kieku dan l-artiklu deher fuq Lovin Malta jew f’The Times kont nifhmu anki jekk mhux veru li qed tgħid jiġifieri li ġiet imwarrba. Jekk kien hemm persuni li ġew imwarrab kienu Edwin Vassallo, Carm Mifsud Bonnici u oħrajn li jħaddnu prinċipji Kattoliċi. Ara lil Edwin Vassallo, il-media tal-knisja ma tagħtihx spazju. Dan it-tip ta’ artiklu fuq il-media tal-Knisja Kattolika jikxef dak li ili ngħid jien fuq dan is-sit: li Newsbook hija favur l-abort.

Issa wieħed jifhem għala Newsbook niżlet qatta’ bla ħabel kontra Adrian Delia u kien wara Emma Portelli Bonnici meta din kienet qed tagħmel gwerra lil Adrian Delia għaliex raw f’Adrian Delia ostaklu għall-aġenda tagħhom li jdaħħlu l-abort ġewwa pajjiżna.

Issa min għandu widnejn biex jisma’ ħa jisma’ u min għandu moħħ biex jifhem ħa jifhem.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *