Kull ma jonqsu l-PN hu li jibdel ismu fil-Partit ta’ Repubblika

Il-fatt li għal darba oħra, mhux ser ikun hemm elezzjoni miftuħa minn fost it-tesserati għal kariga għolja fil-Partit Nazzjonalista turi l-istat xejn tajjeb li jinsab fih dan il-partit. Alex Perici Calascione ser ikun qed itellaq waħdu. B’hekk mhux ser ikun hemm bżonn ta’ elezzjoni fost it-tesserati imma l-elezzjoni ser issir biss fost il-kunsilliera.

Wara li ssemmu numru ta’ kandidati għal din il-ħatra, ħadd minnhom ma kkontesta. Hu ċar kif tħabbar f’dan is-sit, li Perici Calascione huma kandidat tal-Għaqda Repubblika. Hu qrib ħafna dan il-moviment. Dan ġie impost mill-Għaqda Repubblika fuq il-Partit Nazzjonalista. Infatti l-għażla tiegħu tmur kontra kull direzzjoni li Bernard Grech qal li jrid jagħti lill-Parti Nazzjonalista. Bernard Grech qal li jrid partit aktar żagħżugħ. Anzi l-impressjoni li wieħed ħa kienet li ried ikeċċi lix-xjuħ. Bernard Grech qal li jrid uċuh ġodda. Qal li jrid reġenerazzjoni fil-Partit Nazzjonalista u jrid nisa fit-tmexxija.

U l-għażla waqgħet fuq Perici Calascione li għandu sittin sena! Żgur li mhux wiċċ ġdid u żgur li mhux żagħżugħ u żgur li mhux mara. Dak li hu żgur huwa li Perici Calascione huwa kandidat tal-Għaqda Repubblika u ġie magħżul mill-Għaqda Repubblika fl-attentat li din l-għaqda qed tagħmel biex tkompli tikkontrolla aktar lill-Partit Nazzjonalista. Imbagħad trid tidher minn barra bħala soprapartes u mhix xi għaqda politika.

Għalhekk qed ngħid li daqt il-PN jibdel ismu u jsir jismu Repubblika Party jew Partit Repubblika u flok PN nibdew nużaw PR.

.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *