Il-każ ta’ Nicholas Camilleri huwa każ pjetuż u ma għandux jintuża għall-skopijiet ulterjuri
Dan is-sit jinsab infurmat li l-każ ta’ Nicholas Camilleri huwa wieħed pjetuż u ma għandux jintuża għall-skopijiet ulterjuri. Persuna li taf sew il-fatti u li kkuntattjat dan is-sit qalet li dan hu każ bħal dak ta’ Abner Aquilina. Dan hu każ pjetuż marbut ma’ saħħa mentali. Qed ngħid dan biex, kif kont għidt fil-każ ta’ Abner Aquilina, jkun ħażin ħafna jekk dan il-każ jintuża għall-skopijiet ulterjuri, hekk ukoll għandu jkun evitat li dan il-każ jintuża għall-skopijiet oħra li ma għandhomx x’jaqsmu mal-każ.
Għalhekk nappella biex wieħed joqgħod attent kif jikkummenta fuq is-social media.