Matthew Caruana Galizia qed idawwar il-kanuni tiegħu kontra John Dalli u Joseph Muscat

F’dawn il-jiem, Matthew Caruana Galizia qed idawwar il-kanuni tiegħu kontra John Dalli u Joseph Muscat. Hu fatt magħruf li ma tantx hemm imħabba bejn il-familja Carauana Galizia u John Dalli u wisq inqas lejn Joseph Muscat. Din il-ġlieda ma’ John Dalli hija qadima u tmur lura għal meta John Dalli kien Ministru Nazzjonalista.

Matthew Caruana Galizia jagħmel referenza għal Kessler u l-każ tas-Snus fejn kien allegat tixħim. Dan wassal biex Matthew Caruana Galizia kompla bil-kampanja tiegħu kontra Joseph Muscat fejn qed jimplika li John Dalli għen finanzjarjament lil Joseph Muscat biex jerbaħ l-elezzjoni tal-2013 bil-patt imma li l-pulizija ma tieħux passi kontra tiegħu.

Infakkar li skont Matthew Caruana Galizia, l-pulizija – b’mod partikolari s-supretendent Arnaud – huwa u hawn nikkwotah, “l-eroj tiegħu”.

Jekk hemm verament xi ħaġa li l-pulizija Maltija flimkien mal-maġistratura għattew, kienet il-qerda tal-materjal li kien hemm fil-kompjuter ta’ Daphne Caruana Galizia. Sal-lum ħadd ma jistaqsi għalfejn? Għalfejn din qatt ma ġiet investigata mill-pulizija?

Imsomma jkolli nikkonkludi li l-pulizija għandha storja ta’ evidenza li tiġi meqruda jew mgħottija u din ma tikkonċernax biss lil Johnny Dalli imma lil ħafna oħrajn, inkluż il-familja Caruana Galizia!

2 thoughts on “Matthew Caruana Galizia qed idawwar il-kanuni tiegħu kontra John Dalli u Joseph Muscat

  1. AHAHAHAHAHA!!!

    “Infakkar li skont Matthew Caruana Galizia, l-pulizija – b’mod partikolari s-supretendent Arnaud – huwa u hawn nikkwotah, “l-eroj tiegħu”.”

    Does this lot know if they are coming or going? I wonder if consciences were to be compared, whose would come out the dirtiest?!

  2. Mathew Caruana Galizia ahjar jghajdilna ghaliex il compjutur ta ommu hadu il-Germanja u forsi uza lill siehbu.biex johudulu dan u mhux idawwar il kanuni fuq hsddiehor meta hi affari ta haddiehor bhal Pulizija u mhux idahhal imniehru fejn ma jesahx biex jahbi dak li kien. miktlub fil kompjutet minn ommu
    Din imissa tara il Pulizija u ma nkomplux nahlu aktar zmien fuq kas ta bniedma li haffret qabarha hi stess bl-indhil ta ghemila fejn ms kienx jesahha biex.ilna snin nahlu

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *