Aktar ilmenti mir-residenti ta’ Triq il-Kajjik dwar xogħol ħażin li sar f’Marsaxlokk

Qed inġib aktar posts ta’ ilmenti mir-residenti ta’ Triq il-Kajjik. Dan hu suppost xogħol li sar għal ġid tar-residenti imma jidher ċar li r-residenti ta’ din it-triq illum qed jgħixu ħmar il-lejl!

L-ewwel post hu ta’ wieħed mir-residenti li ġustament staqsa meta ser jispiċċa x-xogħol. Dak li aħna r-residenti qed nisimgħu huwa li ser terġa’ tinqala’ t-triq għaliex qed jgħidu li sabu problema fl-ilma. Fuq kollox, dan hu resident ieħor li spiċċa jbati min-nuqqas ta’ nifs.

Imma mhux jien biss qed ngħid li sar xogħol ħażin. Dan hu post li tellgħet persuna oħra residenti f’din it-triq. F’dan il-post, din ir-residenta qed titkellem fuq problema serja ta’ dranaġġ li nqalgħet f’din it-triq.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *