B’Alex Perici Calascione viċi-kap, ser ikun hemm vojt kbir fil-Parlament

Donnu li kull mossa li jippruvaw jagħmlu fil-Partit Nazzjonalista tkun biex jgħarrqu s-sitwazzjoni tal-Partit Nazzjonalista aktar ma hi mgħarrqa.  Mela wara li tellaq waħdu Dr Bernard Grech, issa ser itellaq waħdu Dr Alex Perici Calascione.  Skont informazzjoni li akkwistajt, Alex Perici Calascione ħareġ fl-aħħar mumenti biex ikun jista’ jimla t-toqba li kien hemm ċans li tibqa’ vojta.

Alex Perici Calascione kien diġa’ uffiċjal waħdieni tal-Partit Nazzjonalista għax kulħadd jiftakru bħala President tal-Esekuttiv.  Huwa kien qed jagħti servizz f’dik il-pożizzjoni imma lil Bernard Grech ma għoġbux.  Tant hu hekk li fl-2020 Bernard Grech ġiegħel lil Perici Calascione jirriżenja minn dik il-pożizzjoni biex poġġa wieħed mill-akkolti tiegħu.

Mela skond l-istess Dr Grech, lil Perici Calascione qalgħu minn dik il-pożizzjoni għaliex ried xi ħadd aktar żgħażugħ u ried ukoll wiċċ ġdid.  Issa wasal il-post ta’ viċi-kap u spiċċa kellu joħroġ Alex Perici Calascione.

Il-mistoqsija tiġi waħidha. Jekk ma kienx tajjeb għal President tal-Esekuttiv kif issa sar tajjeb għal Viċi Kap?  Ta’ min jistaqsi lil Bernard Grech, x’inhi l-opinjoni tiegħu dwar Alex Perici Calascione? Tgħid Bernard Grech għandu l-istess opinjoni fuq Alex Perici Calascione bħal ma għandu fuq Carm Mifsud Bonnici, Mario de Marco u Chris Said? Infakkar li Alex Perici Calascione huwa wieħed mill-qodma fil-Partit Nazzjonalista.

Is-sitwazzjoni kompliet tikkomplika ruħha minħabba li Bernard Grech għamel kampanja sħiħa jgħid li jrid mara bħala viċi-kap miegħu.  Issa ġie ċ-ċans li jappunta mara u f’daqqa waħda ser jerġa’ jkun hemm raġel f’din il-kariga. Din hija u-turn oħra. Bil-Malti, ngħidu li qed jerġa’ jkollu jibla’ ilsienu.  Dan x’ifisser? Li ma tantx hemm nisa lesti li jaħdmu viċin tiegħu? Għaliex Graziella Galea u Janice Chetcuti mhux ħerġin għal din il-pożizzjoni?   

Ħaġa oħra li ma tantx qed tidher sabiħa għal Perici Calascione hija li dan ma telgħax fl-elezzjoni li għaddiet. Din kienet rimarkata f’artiklu li deher f’The Times dwaru. Huwa ħareġ diversi drabi imma qatt ma tela’.  Fl-istatut tal-Partit Nazzjonalista ma jeskludix persuna li mhix fil-Parlament milli tkun viċi-kap tal-Partit.  Imma vici-kap huwa persuna parti mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.  

B’hekk jekk Perici Calascione jsir viċi-kap, kif mistenni, issa ser ikun viċi-kap fil-Partit Nazzjonalista li ma hux ser ikun fil-Parlament.   Mela ma tantx ser ikun wisq ta’ għajnuna lil Dr Grech fl-affarijiet parlamentari.  Hemmhekk ser ikun hemm vojt kbir min-naħa tal-Partit Nazzjonalista.

Wisq probabbli jkollhom jibdew manuvri biex jaraw kif Alex Perici Calascione jkun co-opted fil-Parlament.  U hawn, wieħed ma jeskludix trattattivi man-naħa tal-Gvern biex jagħti exit politiku lil xi deputat mill-Partit Nazzjonalista biex Alex Perici Calascione jkun jista’ jidħol minfloku.

One thought on “B’Alex Perici Calascione viċi-kap, ser ikun hemm vojt kbir fil-Parlament

  1. How true. The real crisis that engulfed the PN is the sense of helplesness and hopelesness. With Bernard Grech at the helm there is a contagious general mailaise within the PN. Members of the party have lost the enthuiasm. This is the making of the narcissiatic Bernard Grech’s narrative of doom and gloom before the leader’s election. His nauseating repetition of the party’s insourmountable debt and management problems have served his purpose to a cetain extent; he was uncontested and retained his leadership post. But it back fired big time. Today Dr Bernard Grech is leading a dead party. A party with a glorius past brutally destructed by its own leader for his own personal gain.

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *