Wieħed jistaqsi kif qatt Lovin Malta ma staqsiet dwar il-bejgħ tal-passaporti minn Luke Frendo?

Il-Malta Today tikxef li l-persuna li xtrat ix-shares ta’ Christian Peregin huwa bejjiegħ tal-passaporti. Hawn wieħed jistaqsi jekk il-persuna li xtrat dawn is-shares qattx biegħ passaporti lil xi oligarki Russi jew lil xi oligarka mill-Azerbaijan.

Fuq kollox ħarġet gidba oħra għaliex Christian Peregin qatt ma biegħ ix-shares tiegħu f’Lovin Malta meta kien qed jagħti pariri lil Bernard Grech iżda biegħhom wara li spiċċa jew irreżenja minn ma’ Bernard Grech.

Infakkar li Lovin Malta jħobbu jistaqsu ħafna. Wieħed jistaqsi kif qatt ma staqsew xejn dwar Luke Frendo u n-negozju tiegħu fil-bejgħ tal-passaporti? Kont nistenna lil Lovin Malta tinvestiga kemm biegħ passaporti Luke Frendo u ġab barranin jgħixu f’pajjiżna u lil min biegħhom. Fuq kollox, l-Ewropa qed tagħmel pressjoni fuqna biex inwaqqfu dan il-bejgħ.

Meta sar dan id-deal bejn Luke Frendo u Christian Peregin, Luke Frendo ġie ppreżentat fil-bidu bħala espert li jaqla’ x’jiekol mill-pariri li jagħti fuq l-immigrazzjoni lill-persuni sinjuri ħafna.

One thought on “Wieħed jistaqsi kif qatt Lovin Malta ma staqsiet dwar il-bejgħ tal-passaporti minn Luke Frendo?

  1. Big fish Simon. They attack people who are powerless the men on the street. This agent has been selling passports yet no newspaper has ever said anything about them. They badmouth other honest people but not the Frendo’s, ma tarax!!! The Shift News chooses who to attack especially those who are of a different political opinion. I know of cases where people were attacked without any reason because shift news journalists decided to believe their sources without vetting. Not true that it is an independent platform. One has to Take a look at the articles they publish and who they mention. Adverse media can create problems or even affect reputation but the shift news care less about this!!

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *