Alex Perici Calascione ser jippreżenta n-nomina għall-viċi kap illum fil-11.30: Bernard Grech ma kien jaf xejn b’din id-deċiżjoni.
Dan is-sit jinsab infurmat li Alex Perici Calascione ser ikun qed jippreżenta n-nomina għall-viċi-kap illum fl-11.30 am. L-aħbar li Alex Perici Calascione interessat fin-nomina ta’ viċi-kap tatha l-Malta Today ilbieraħ. Dak li ma ntqalx hu li Alex Perici Calascione ma nfurmax lil Bernard Grech bl-interess tiegħu f’din in-nomina. Bernard Grech u s-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino saru jafu mingħand terzi bl-interess ta’ Alex Perici Calascone f’din il-kariga.
Wieħed irid jiftakar li Perici Calascione kien wieħed minn dawk li ħadmu biex jitwarrab Adrian Delia u jieħu l-poter f’idejh Bernard Grech. Biss wara li Bernard Grech ħa t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista f’idejh, beda bil-mod iwarrab lil Alex Perici Calascione.
Jidher ċar li din hija mossa tal-establishment biex ikomplu jsaħħu l-poter tagħhom fil-Partit Nazzjonalista.
Infakkar li għal din il-kariga ssemma Mark Anthony Sammut imma mbagħad wara li Bernard Grech wera li riedu, Mark Anthony Sammut qallu le. Ried viċi-kap mara. Issemmiet Janice Chetcuti. Imma jidher li issa ma għadhiex interessata. Issemmiet ukoll Graziella Galea. Biss jidher li mhux ser toħroġ dan għaliex l-establishment ser ikun qed jilgħab il-logħba qadima tiegħu, fi kliem ieħor, iqiegħed hemm kandidat tiegħu u b’hekk il-viċi-kap ikunu għażluh huma. Dan ifisser ukoll li qed jgħidu lil David Agius biex ma jitfax in-nomina għal viċi-kap.
B’hekk Bernard Grech ma għandu l-ebda say f’din l-għażla u ser ikun jidher ċar li Alex Perici Calascione ser ikun qed itellaq waħdu. Dan ifisser li Bernard Grech ma għandu l-ebda kontroll fil-Partit Nazzjonalista. Kif jgħid il-Malti, il-ħmar tiegħu imma qiegħed jirkeb wara.
Min hu midhla tal-Partit Nazzjonalista jaf sew li Bernard Grech jinsab izolat. Imwarrab minn kulhadd. Issa hafna qed jindunaw li Bernard Grech qieghed hemm ghall paga. Kif jista Bernard imexxi partit meta aktar ikun id- dar jitggazzen milli l-partit jahdem.
L-intricci w t-terinati fil Pn jidher car li iktar ma jghaddi zmien iktar qeghdin jizdiedu….Hija hasra ghall malta li,l-uniku partit li jista jikkompeti mal Pl spicca f-dan id dizastru politiku li ma jawgura xejn tajjeb ghad demokrazijja…tal pajjiz…